
















































Laqgħa Ġenerali Annwali 2014
Il-Laqgħa Ġenerali tal-Moviment ta' Kana saret il-Ġimgħa 14 ta' Marzu 2014, fis-6.30pm, fis-Sala San Ġorġ Preca fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Il-laqgħa kienet ippreseduta minn Mons. Anton Gouder.
Il-President tal-Moviment Dr Arthur Galea Salomone ta merħba lill-membri preżenti u ntroduċa lis-Sur Jason Vassallo mill-Parroċċa ta' Ħal Balzan, li flimkien ma' martu Marianne kien imexxi l-Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani. Marianne ġiet nieqsa ftit taż-żmien ilu u Jason, b'kuraġġ kbir, ta l-esperjenza tiegħu fil-ħajja miżżewġa.
Fid-diskors tiegħu Dr Galea Salomone ħeġġeġ lill-membri biex jieħdu l-inizjattiva u jfittxu l-okkażjoni u l-opportunità biex jirrelevaw u jagħtu xhieda ta’ esperjenzi sbieħ taż-żwieġ. Huwa elenka wkoll il-pjan ta' ħidma tal-Moviment għall-ħames snin li ġejjin.
Segwew il-messaġġ tad-Direttur Dun Joe Mizzi, ir-Rapport Amministrattiv, li wkoll inqara mid-Direttur, il-minuti tal-LĠA 2013 mis-Segretarja Ġenerali tal-Moviment Christine Galea u r-rapport Finanzjarju minn Franco Sciberras.
Il-Laqgħa ġiet fi tmieha b'diskors minn Dun Anton Gouder.
Agħfas hawn għad-Diskors tal-President
Agħfas hawn għall-messaġġ tad-Direttur
Agħfas hawn għar-Rapport Amministrattiv
Agħfas hawn għal sinteżi tad-Diskors ta' Mons. Gouder
Agħfas hawn għar-ritratti (Link għall-paġna tal-Moviment fuq Facebook)
AGM_2014_PRESIDENT.pdf AGM_2014_MESSAGG_TAD-DIRETTUR.pdf AGM_2014_RAPPORT_AMMINISTRATTIV.pdf AGM_2014_MONS_GOUDER.pdf
comments powered byDisqus