Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Obituary : Paul Attard
Raġel li ħafer lil martu
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Imħabba Vera Teżisti
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Knisja f’dixxerniment
Awguri !
Biex Siġra titla’ Dritta
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Ġimgħa Żwieġ 2015
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Statement to the Media
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
MERĦBA Mons. Charles Attard
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Tislima lil Mons Mercieca
US Governors Sign Pro-Life Legislation
Over 5.1 million babies born in 2014
Safeguarding Malta’s Catholic roots
Pro-life and pro-family NGOs face unprecedented bias at major UN session
Press Release - Stqarrija għall-Istampa
True Father
The Cohabitation Bill – Some observations
Increase the Birth Rate
Intervista lil Dun Charles Attard Direttur tal-Moviment ta’ Kana
Assemblea Familja fil-Bidu tas-Sena Pastorali 2016-2017
THE SPECTRE OF EUGENICS
IL COSULTORIO E IL CONSULENTE FAMILIARE
VALUES IN A TIME OF UPHEAVAL
Dak li vvinta l-pillola kontraċettiva jitkellem kontrieha
Good, healthy families
MORNING AFTER PILL - Press Release - Stqarrija għall-Istampa
Precautionary principle
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Grazzi Miriam
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016 

  • Laqgħa Ġenerali Annwali 2016

  • Il-membri tal-Moviment ta' Kana kienu mistiedna għal-Laqgħa Ġenerali Annwali nhar il-Ġimgħa 22 ta’ April, 2016, fis-Sala San Ġorġ Preca tal-Istitut Kattoliku, il-Floriana, fis-6.00 p.m.

    Għal aktar ritratti agħfas hawn.

    Messaġġ mid-Direttur : Mons Charles Attard

    Għeżież ħbieb,

    Din hi l-ewwel darba li qed nindirizza din l-assemblea bħala l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta’ Kana.

    Kelli diġa okkażjoni  li nitkellem ukoll fil-laqgħa ta’ formazzjoni li l-Moviment organiżża fid-29 ta’  Jannar ta’ din is-sena meta kellna fosta lill-E.T.  Mons Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

    Ili biss tlett xhur f’din l-esperjenza ġdida. Ħafna jistaqsuni, “ kif inti sejjer?” “drajt fix-xogħol il-ġdid tiegħek?” Wara esperjenza twila bħala Kappillan f’diversi parroċċi, esperjenza li ressqitni qrib ta’ ħafna familji, nitlob lill-Mulej biex din l-esperjenza ġdida tgħinni fil-ħidma  fi ħdan il-Moviment ta’ Kana. Nistqarr li l-Moviment dejjem ħassejtu ‘l bogħod kemm mill-parroċċa kif ukoll mill-ħajja tas-soċjeta’ Maltija b’mod ġenerali.

    Meta l-Arċisqof tagħna ħatarni direttur ta’ dan il-Moviment waħda mill-affarijiet li qalli kienet li l-Moviment jeħtieġ jikkomunika iktar. Naturalment dakinhar ma fhimtx eżatt għalxiex kien qed jirreferi imma illum nista’ ngħid kemm dak li qal għandu piż.

    Illum naf kemm il-Moviment ta’ Kana huwa rikk fl-esperjenzi tiegħu fi ħdan il-familja. Irridu ngħidu li din hi is-sittin sena ta’ ħidma u għalhekk għad għandu ħafna kontribut x’jagħti. 

    Għalhekk ix-xewqa ta’ Mons Arċisqof ħadtha bħala l-ewwel impenn tiegħi u bdejt laqgħat mal-Kappillani. Diġa żort diversi parroċċi u bdejt niskopri is-sabiħ li qed jitwettaq fil-parroċċi tagħna. Naturalment hemm diffikultajiet ukoll.

    Barra minn dan qed inħoss il-bżonn urġenti li l-Moviment ikun iktar preżenti fil-media. Il-fundatur Dun Charles Vella dan kien jemmen fih ħafna. Dan il-punt ġie diskuss fil-Kunsill ta’ Kana u llum il-Moviment għandu l-PRO tiegħu fil-persuna ta’ Dr Klaus Vella Bardon li jiena nirringrazzjah minn qalbi.  Imma ma nixtieqx li jkun biss Klaus li jagħti ‘exposure’ lill-Moviment. Huwa d-dmir tagħna lkoll li nuru lis-soċjeta’ Maltija x’inhuma l-ħidmiet u s-servizzi li joffri l-Moviment.

    Għalhekk nagħmel sejħa lil kulħadd biex ma noqgħodux  lura. Hemm bżonn naqbdu l-pinna u nagħmlu r-riflessjonijiet tagħna fuq dak li jkun għaddej fil-qasam tal-familja. Nemmen li kull ġrupp li huwa affiljat mal-Moviment, għandu jħossha bħala responsabilta’ tiegħu li jxandar dak li qed jagħmel. Niskanta kemm ħafna nies hemm barra, inklużi Kappillani ma jafu xejn fuq il-ħidma tal-Moviment ħlief li jorganiżża l-korsijiet tal-għarajjes.

    Qed ninduna wkoll kemm għandna aġenziji fi ħdan il-Knisja Maltija li qed jaħdmu huma wkoll b’risq il-familja. Hi x-xewqa ta’ Mons. Aqrcisqof ukoll li jkollna laqgħat ta’ djalogu u naraw jekk nistgħux naħdmu iktar flimkien ħalli b’hekk nevitaw duplikazzjoni ta’ xogħol. Dan l-aħħar ukoll bdejt kuntatti ma’ waħda minn dawn l-agenziji.

    Biex inkomplu nibnu wkoll fuq il-bżonn ta’ iktar ‘exposure’ tal-Moviment ġie deċiż ukoll li nikkonsolidaw l-affiljazzjoni tal-Moviment ma’ għaqdiet Internazzjonali. Dawn l-affiljazzjonijet jgħinuna biex naraw x’inhu għaddej fuq livell internazzjonali dwar il-familja.

    Dan kollu jitlob spejjeż. Imma ma naħsibx li hu sew li minħabba nuqqas ta’ fondi ningħalqu fina nfusna. Ma nistgħux nieħdu l-attitudni tal-bebbuxu. Il-Moviment ta’ Kana għandu jkun pro-attiv. Qed ngħixu fi żminijiet fejn l-istituzzjoni tal-familja kif iridha Alla qed tkun dejjem mhedda. Għalhekk nappella l-ewwel nett biex aħna stess nitolbu għall-Moviment ta’ Kana. It-tieni nitolbu lill-Ispirtu Qaddis ta’ Alla biex jimliena bid-doni  tiegħu ħalli din l-istituzzjoni tkun ta’ ispirazzjoni għall-ġid tal-familja Maltija.


    Messaġġ mill-President : Dr Arthur Galea Salomone

    Hbieb,

    INTRODUZZJONI.

    Nilqaghkhom ghall-Laqgha Annwali Generali u nirrigrazzjakhom talli gejtu. Dina kienet sena ta’ hidma kbira kif ser ikollkhom l-opportunita’ taraw tul il-kors ta’ din il-laqgha, kif ukoll ta’  sfidi.

    Kienet sena li fiha ircevejna hafna, ircevejna tal-anqas zewg rigali kbar, wiehed tahulna l-Arcisqof u l-iehor tahulna l-Papa.

    Ir-rigal tal-Arcisqof gie fil-forma tal-hatra ta’ Mons Charles Attard, bħala Direttur tal-Moviment ta’ Kana nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Jannar 2016. Mons Attard ghandu esperjenza pastorali vasta, tbissima kontagguza, kapacita organizzattiva  u entuzjazmu vibranti ghax-xoghol. Ghalkemm ilu fit-tmun tal-Moviment Kana ghal ftit xhur, mal-ewwel xammar il-kmiem biex jaffronta ix-xoghol li l-Moviment jiffaccja ta’ kull jum. Sincerament nixtieq nizzi hajr lil Arcisqof ghall-dan ir-rigal u lil-Ispirtu s-Santu li ispirah biex jaghmel din l-ghazla.

    SFIDI.

    Ikolli nghid li wahda mill-ewwel sfidi li kellna niffaccjaw bhala Moviment kienet l-isfida finanzjarja. Kif ser taraw fil-presentazzjoni finanzjarja il-Moviment ilu ghal snin twal jibbenefika minn ghotja da parti tal-Gvern ta’ EUR 70,000 fis-sena. Ghal din is-sena pero’, minkejja l-isforzi kollha taghna, hemm dubbji serji kemm ser jirnexxielna niehdu din is-somma.

    Din ir-realta’ issensitizzatna aktar ghall-vulnerabbilta’ tal-Moviment, li ma tistax tibqa’ dipendenti ghas-sostennibilta’ finanzjarja taghha fuq l-ghajnuna tal-Gvern. F’dan il-kuntest nixtieq nirreleva tlett inizjattivi li hadna biex nindirrizzaw din ir-realta’. L-ewwel, waqqafna Kumitat tal-Fund Raising biex jibda jahseb bis-serjeta fuq sorsi ohra ta’ kontribuzzjonijiet volontarji. It-tieni, qeghdin f’diskussjoni mal-Kurja Arciveskovili biex jizdied il-Budget tal-Moviment da parti tal-Knisja. It-tielet, waqqafna Fondazzjoni Kana, li qeghda fil-process li tigi registrata bhala organizzazzjoni volontarja biex b’hekk ikollna struttura li tkun eligibbli ghall-access ta’ numru ta’ skemi ta’ funding, kemm lokali u forsi anke Europej.     

    Nassigurawkhom li l-isfidi finanzjarji m’humiex ser jaqtghulna qalbna milli nkomplu nahdmu sfiq fil-qasam tal-volontarjat tal-familja.  Ser intikhom ftit numri bhala indikitaru tax-xoghol sieket li jsir.

    Fis-sena 2015, 1262 koppja attendew għall-Korsijiet tat-Thejjia għaż-żwieg, f’71 kors li saru f’diversi parroċċi. 129 koppja attendew fuq bażi ta’ one-to-one.

    Fi ħdan il-Gruppi Familji Nsara kien hemm 349 Koppja Membru immexxija minn 43 Chaplain li ltaqghu regolarment f’48 Grupp mifruxin f’33 Parroċċa f’Malta.

    Saru laqghat kull xahar mill-Grupp Jien Maghkhom Dejjem ghall-gharajjes u koppji mizzewgin.

    Saru 13 il-kors fl-Ippjanar Naturali tal-Familja b’attendenza ta’ 60 koppja.

    Ingħataw 2347 siegħa f’servizz ta’ Counselling. Dawn jinkludu 230 persuna b’każ ġdid.

    Dan il-volontarjat hekk generuz jimlina bil-kuragg biex, minkejja l-isfidi,   inkomplu nsahhu l-hidma favur iz-zwieg u l-familji.

    L-EZORTAZZJONI APOSTOLIKA.

    Nigi issa ghat-tieni rigal li rcevejna din is-sena u qed nirreferi ghar-rigal li tana l-Papa dawn l-ahhar granet fil-forma tal-Ezortazzjoni Apostolica Amoris Laetitia, il-Ferh tal-Imhabba. Din l-esortazzjoni hija indirizzata lil-Isqfijiet, lill-persuni consegrati imma wkoll lil koppji mizzewgin u lil lajci li jahdmu fil-qasam tal-familji. Hija ghalhekk indirizzata direttament lilna.

    L-Ezortazzjoni hija invit biex bhala famiji nsara nibqghu nghozzu t-tezori taz-zwieg u l-familja u nipperseveraw f’imhabba li hija imsahha mill-impenn, mill-generozita’, mill-pacenzja, mill-fedelta.

    Fl-istess hin hija kelma ta’ kuragg li tirrikonoxxi d-dghufija u l-imperfezzjonijiet f’kull wiehed u wahda minna. Il-Papa jghid li l-ebda familja ma’ taqa’ perfetta mis-sema, kull krizi familjari hija opportunita’, kull zwieg huwa  fih nnifisu work in progress, storja ta’ salvazzjoni, mixja ta’ santifikazzjoni.

    Ghal zmien twil, jghid il-Papa shaqna wisq fuq l-aspetti dottrinali, fuq it-tejorija li ma kelliex konnessjoni mal-problemi u d-diffikultajiet rejali li jiffaccjaw il-familji ta’ kull jum. Il-Papa jghid ir-regoli mhumiex gebel li nixhtu fuq sitwazzjonijiet familjari difficli, Il-Papa jghid li ma nistghux nishqu biss fuq l-idejal, minghajr ma’ nifhmu il-kumplessitajiet u r-rejaltajiet li qed jghixu l-familji ta’ kull jum.

    Kristu ipprezentalna verita’ li mhux facli tghixha pero’ il-hajja ta’ Kristu izjed milli kienet mmarkata mil-lectures fuq il-verita, kienet hajja immarkata mill-lezzjonjiet tal-hniena. Kristu qatt ma naqas mill-hniena u l-kumpassjoni ma’ min ma rnexxilux jilhaq l-idejal li pprezentalna (ghandna l-ezempju tal-mara adultera) u ghalhekk m’hemm ebda sitwazzjoni irregolari kemm hi irregolari, kumplessa kemm hi kumplessa, li ma tistax tircievi l-grazzja u l-hniena t’Alla.  

    L-ezortazzjoni apostolika taghmilha cara li l-familja idejali m’ghandhiex ghalfejn necessarjament tkun sterjotipata imma hija mozajk ta’ rejaltajiet differenti kollha bil-ferh taghhom, bil-problemi taghhom, bil-holm taghhom, bil-kumplessitajiet taghhom. Ghalhekk fil-hidma pastorali tal-familja m’ahniex hawn biex niggudikaw imma biex nakkumpanjaw. U nahseb dan ghandu jkun it-timbru tal-volontarjat taghna.

    Min segwa d-diskorsi fiz-zewg sinodi, din it-tensjoni bejn l-idejal u r-rejalta’ gieli giet rappurtata f’termini ta’ kunflitt bejn il-verita u l-hniena. Fil-fatt dawn ma jmorrux kontra xulxin. Il-Knisja m’ghandhiex ghazla hlief li tkun fidila lejn il-verita (l-ewwel kapitolu tal-Ezortazzjoni Apostolika hja fil-fatt dwar it-Taghlim tal-Knisja fuq iz-zwieg u l-Familja fid-dawl tal-Kelma t’Alla) imma dan ma jifissix li l-Knisja m’ghandhiex teskludi jew ma ggibx ruhha bi hniena lejn min mhux qed jghix l-idejal. Ahna l-lkoll midinbin u Kristu gie biex jifdi lil kulhadd, zghar kemm huma zghar jew kbar kemm hu kbar l-imperfezzjonijiet u d-dnubiet taghna.  Fil-fatt hemm riferenza ghal-dak li konna u ghadna nitghallmu fil-katekizmu li l-imhabba ta’ bejn il-mizzewgin ghandha tkun riflessjoni tal-imhabba bejn Kristu u l-Knisja. Dan ghandu jkun l-idejal imma l-Papa jghid li mill mizzewgin tistenna l-imhabba perfetta ta’ Kristu.

    Ghalhekk anke bhala Moviment,  filwaqt li ghandna nibqghu fidili lejn il-Kelma t’Alla, lejn il-verita li  tipproponi bhala mudell ta’ familja, relazzjoni mibnija fuq it-taghlim ta’ Kristu,  irridu nakkumpanjaw lil kullhadd, anzi forsi l-aktar lil dawk  li mhux qed jghixu dak li ppropona Kristu.

    L-IZVILUPPI F’PAJJIZNA.

    L-Ezortazzjoni Apostolika tindika illi f’hafna pajjizi qed jigu proposti ligjiet li jiznaturaw iz-zwieg u jipprezentaw mudelli ta’ familja li huma bbazati fuq l-awtonomija tal-individwu. Sfortunatament dawn l-izviluppi qed narawhom f’pajjizna.

    Insemmilkhom tlett zviluppi li huma kurrenti f’pajjizna.

    L-ewwel zvilupp. Dan l-ahhar ergejna smajna d-diskors tal-gay marriage. Tlaqna mill-punt li z-zwieg huwa ghotja shiha bejn ragel u mara wahda u ghall-dejjem. L-ewwel nehhejna l-element li z-zwieg huwa ghall-dejjem, (il-ghaliex iz-zwieg civili jista’ jinhall) issa qed jigi propost li z-zwieg l-anqas hemm ghalfejn ikun bejn persuni tas-sess oppost.  

    It-tieni zvilupp. Il-Ministeru tad-Djalogu Socjali ippubblika abbozz ta’ ligi tal-ko-abitazzjoni.  L-abbozz qieghed ghall-konsultazzjoni . Dan l-abbozz jivvalorizza r-relazzjonijiet bejn koabitanti daqs li kieku kienu mizzewgin. Il-proposta hija li min jidhol f’kuntratt ta’ koabitazzjoni ikollu  “l-istess drittijet moghtija lill-persuna mizzewga jew f’unjoni civili fejn jidhlu drittjiet relatati ma’ xoghol u l-familja ……..”

    Filwaqt li l-Istat ghandu l-obbligu li jara li forom diversi ta’ relazzjonijiet ghandhom jigu trattati b’rispett u b’dinjita’, dan bl-ebda mod ma jfisser illi ghandhom jigu ekwiparati. Ligi li taghti lil koabitanti l-istess drittijet moghtija lill-persuna mizzewga ma tivvalorizzax l-impenn, tizvaluta z-zwieg u maz-zmien twassal biex iddghajjef il-permanenza u l-istabbilita’ tal-familji.

    It-tielet zvilupp. Hemm serje shiha ta’attentati u proposti mahruga mill-Minsteru tad-Djalogu Socjali biex jippromwovu il-gender ideology, l-idejologija tal-generu. Din l-idejologija tichad ir-reciprocita’ naturali ta’ ragel u mara u tnawwar il-bazi antropologika tal-familja biex kollox huwa awtodeterminat. Naghzel jien il-generu tieghu irrispettivament mis-sess tieghi. F’dan il-kuntest l-att riprodduttiv jinfatam mir-relazzjoni sesswali u jsir process ta’ manipulazzjoni. Id-diskors li qed isir dwar l-ugwaljanza bejn il-koppji omosesswali u eterosesswali, id-diskors ta’ sperm donation u surrogacy (kiri tal-guf) tal-iffrizar tal-embrjuni, juri li l-awtoritajiet niehdu agenda liberali bla razan li fi ftit snin ser twassal biex tbiddel radikalment u irrevokabbilment it-tessut tal-familja u s-socjeta Maltija. L-approcc ta’ “Naghzel jien kif u meta tibda l-hajja, iwassal inevitabbilment ghal punt, u dan mhux fil-boghod hafna, li nibdew nikkontendu mhux biss meta u kif tibda l-hajja imma meta u kif tispicca l-hajja u fil-media fil-fatt gja bdejna naraw tfigg l-agenda tal-abort u tal-ewtanasja.

    KONKLUZJONI.

    Ix-xenarju kif qed taraw m’huwiex facli. U ghalhekk il-kelma tal-Papa fl-Ezortazzjoni Apostolika hija kelma f’waqtha il-ghaliex timlina bil-kuragg fis-sejha li ghandu kull wiehed u wahda minna. Kull familja jghid il-Papa hija msejha biex tkun dawl fid-dlam, kull familja hija msejha biex, fl-ordinarjeta’ ta’ kull jum, taghti xhieda, kull familja hija imsejha biex tizra z-zerriegha tal-ahbar it-tajba tal-familja; ghalhekk ahna mssejhin biex nizirghu, il-bqija imbaghad huwa x-xoghol tal-Mulej u tal-Ispirtu s-Santu.








comments powered byDisqus