Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Obituary : Paul Attard
Raġel li ħafer lil martu
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Imħabba Vera Teżisti
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Knisja f’dixxerniment
Awguri !
Biex Siġra titla’ Dritta
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Ġimgħa Żwieġ 2015
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Statement to the Media
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
MERĦBA Mons. Charles Attard
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Tislima lil Mons Mercieca
US Governors Sign Pro-Life Legislation
Over 5.1 million babies born in 2014
Safeguarding Malta’s Catholic roots
Pro-life and pro-family NGOs face unprecedented bias at major UN session
Press Release - Stqarrija għall-Istampa
True Father
The Cohabitation Bill – Some observations
Increase the Birth Rate
Intervista lil Dun Charles Attard Direttur tal-Moviment ta’ Kana
Assemblea Familja fil-Bidu tas-Sena Pastorali 2016-2017
THE SPECTRE OF EUGENICS
IL COSULTORIO E IL CONSULENTE FAMILIARE
VALUES IN A TIME OF UPHEAVAL
Dak li vvinta l-pillola kontraċettiva jitkellem kontrieha
Good, healthy families
MORNING AFTER PILL - Press Release - Stqarrija għall-Istampa
Precautionary principle
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Grazzi Miriam
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016 

  • Il-membri tal-Moviment ta' Kana, il-membri tal-Kummissjoni Familja fil-Parroċċi u l-membri tal-gruppi li jaħdmu favur il-familja, kienu mistiedna għall-Assemblea Familja li saret fl-okkażjoni tal-bidu tas-Sena Pastorali tal-Moviment 2016/2017.

    Din l-Assemblea saret nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Settembru, 2016, fis-6.00 p.m. fl-Istitut Kattoliku, Floriana.

    Hekk li issa l-Moviment ta’ Kana ġie fdat bil-pastorali tal-Familja fid-Djoċesi, din il-laqgħa ħadet il-forma ta’ Assemblea Familja fejn ġew mistiedna jattendu l-operaturi pastorali tal-Kummisjoni Familja tal-parroċċi kif ukoll il-membri tad-diversi gruppi li nsibu jaħdmu fil-qasam tal-Familja.

    Il-kelliem mistieden għal din l-Assemblea kien ir-Rev. Professur Don Ermanno D’Onofrio, direttur taċ-ċentru tal-familja CISF fl-Italja, li f'din l-okkażjoni nieda l-ktieb Il Consultorio e il Consulente Familiare, miktub mill-fundatur tal-Moviment ta' Kana Mons. Charles Vella.

    Ippreseda l-Assemblea l-Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi, Mons. Joe Galea Curmi, li għalaq l-Assemblea b'diskors fit-tmiem.

    Indirizzaw ukoll l-Assemblea l-President tal-Moviment Dr Arthur Galea Salomone, id-Direttur tal-Moviment Mons. Charles Attard u l-fundatur tal-Moviment Mons. Charles Vella. Kien preżenti wkoll l-Ambaxxatur tal-Italja għal Malta, l-E.T. Dr. Giovanni Umberto De Vito.

    Agħfas hawn għar-ritratti.

  • Diskors mid-Direttur Mons. Charles Attard

    Egħżież membri tal-Moviment ta’  Kana, nagħtikom merħba.

    Nirringrazzjakom ħafna talli aċċettajtu l-istedina tagħna għal din l-Assemblea li timmarka  l-bidu tas-sena pastorali tal-Moviment ta’ Kana.

     Minn din is-sena il-Moviment ħa rwol ġdid, għaliex  issa qed jassumi r-responsabilta’ li qabel  kienet f’idejn il-Kummissjoni Djoċesana Familja. Għalhekk minn qalbi nagħti merħba lill-membri kollha tal-Kummissjoni Parrokkjali Familja tal-parroċċi tagħna.

    Ġaladarba  il-Moviment ta’ Kana  issa ħa fuq spallejh  dan ir-rwol allura jeħtieġ li jissaħħu iktar  il-kuntatti bejn il-Moviment u l-parroċċi  għaliex il-parroċċa hi l-post ewlieni  fejn issir il-ħidma  pastorali kollha u b’mod partikulari  il-pastorali tal-familja.

    Il-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni  Amoris Laetitia  par 202 jgħidilna hekk: “Il-kontribut prinċipali lill-pastorali tal-familja  toffrih il-parroċċa li hi l-familja tal-familji fejn isseħħ l-armonija  tas-sehem  tal-komunitajiet żgħar, il-movimenti  u l-għaqdiet ekklesjali”. 

    Għalhekk sa minn kmieni din is-sena u fuq il-parir tal-Arċisqof  bdejt laqgħat mal-kappillani  individwalment. L-iskopijiet ta’ dawn il-laqgħat huwa l-ewwelnett biex il-kappillan jinduna li l-istrutturi tad-Djoċesi huma qrib il-parroċċa. Sfortunatament ħafna kappillani bir-raġun jilmentaw li d-delegati tad-Djoċesi jersqu biss lejn il-parroċċi meta qed toqrob il-viżta pastarali li jagħmel l-Arċisqof kull tant żmien. It-tieni skop ta’ dawn il-kuntatti huwa  biex insiru nafu  x’inhuma l-ħidmiet  pastorali li qegħda ssir, liema huma dawk l-esperjenzi sbieħ u posittivi  li qed jitwettqu u x’diffikultajiet  qed isibu. Dawn il-laqgħat se jkomplu is-sena li ġejja u probabilment anke is-sena ta’ wara.

    Kull ħidma pastorali li ssir fil-parroċċa ma tistax issir  biss mill-kappillan. Għalhekk il-ħidma tal-Kummissjoni Parrokkjali Familja hi indispensabbli. Dan mhux biss għaliex il-kappillan ma jkunx jista’ jlaħħaq imma għaliex il-ħidma b’risq il-familja għandha ssir prinċipalment mill-familja, mill-familji, mill-koppji li huma l-esperti fil-ħajja tal-familja. Għalhekk fis-Sinodu   li sar fl-2003, fid-Dokument Żwieġ u Familja, f’paragrafu 29  insibu hekk : “ il-ħidma mal-familji tingħata  minn diversi membri tal-Knisja, jiġifieri kemm minn saċerdoti, kemm minn reliġjużi kif ukoll minn lajċi, iżda fuq kollox mill-miżżewġin infushom propju minħabba s-sagrament taż-Żwieġ  li huma jkunu iċċelebraw”.

    Imbagħad fl-Eżortazzjoni Apostolika “Familiaris Consortio” tal-Papa San Ġwanni Pawlu II, f’paragrafu  71 insibu, “Iżda fuq kollox  wieħed għandu jagħraf  x’post speċjali  f’dan il-qasam għandha l-missjoni tal-miżżewġin u tal-familji nsara, bis-saħħa tal-grazzja li jirċievu  mis-sagrament taż-żwieġ. Dan l-apostolat  l-ewwel li jsir fi ħdan l-istess familji  ta’ dak li jkun imbagħad b’għemejjel  ta’ mħabba spiritwali  u materjali jilħaq familji oħra”.

    Għalhekk minbarra  l-laqgħat  mal-kappillani  individwali  se nibdew ukoll laqgħat ta’ kuntatt  mal-kummissjoni parrokjali  Familja. Biex dawn il-laqgħat  ma jkunux ta’ darba kultant, hemm il-ħsieb  li kull Kummissjoni Parrokkjali Familja taħtar koppja delegat u l-iskop ikun biex jikber il-kuntatt  bejn il-parroċċa u l-Moviment u l-parroċċi bejniethom. Dan il-kuntatt jgħin biex ikun iktar koordinament, ikun qsim ta’ esperjenzi u fuq kollox nimxu flimkien f’pastorali koordinata għall-familja.

    Il-Koppji mexxejja fi ħdan il-Moviment ta’ Kana

    F’Jannar li għadda, il-Moviment kien organiżża laqgħa ta’ formazzjoni li għaliha kien preżenti l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. F’din il-laqgħa Mons Grech kien tkellem fuq l-esperjenza tiegħu fis-Sinodu dwar il-Familja u  li kien għadu kif spiċċa. Waqt id-diskussjoni f’dik il-laqgħa tqajjmu diversi punti fosthom il-bżonn ta’ iktar formazzjoni għall-koppji mexxejja. Ħafna minnkom urew li formazzjoni bħal din hi urġenti. Ħafna esprimew il-bżonn li laqgħat bħal dik li saret f’Jannar huma ta’ għajnuna kbira. Imma kien hemm min esprima x-xewqa li ma nibqgħux biss fuq laqgħat ta’ formazzjoni li jsiru darba kultant, imma jeħtieġ korsijiet ta’ formazzjoni kontinwa biex nilqgħu għal l-isfidi dejjem ġodda li qed naffaċċjaw.

    Aħna ħadna dan is-suġġeriment b’entużjażmu u flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, li jieħu ħsieb jorganiżża diversi korsijiet, fassalna  programm  ta’ ‘half day seminars’. Is-suġġetti ta’dawn is-seminars huma:

    1. Group dynamics

    2. Moral issues

    3. Spirituality of the Family

    Id-dettalji ta’ dawn is-seminars jinsabu għand il-kappillani. Nappellaw lilkom koppji mexxejja  ħalli tagħmlu  użu minn dawn  is-seminars. Jekk ikollna numru tajjeb ta’ koppji li japplikaw, il-korsijiet isiru f’xi waħda mill-parroċċi tal-unita’ tagħkom stess.

    Iktar qabel semmejt  li matul is-sena li ġejja  se naħdmu  biex il-kuntatt mal-parroċċi jkompli jikber. Parti minn din il-ħidma  se tkun il-quddiesa tal-familja fil-parroċċi tagħna. Nafu li hemm diversi parroċċi li jorganizzaw din il-quddiesa fil-parroċċa. Ix-xewqa tagħna hi li din il-quddiesa tkun organiżżata u animata flimkien mal-Moviment ta’ Kana. Jiena nemmen li hemm bżonn mhux biss naħdmu flimkien imma fuq kollox nitolbu flimkien għaliex kif jgħid is-Salm, “għalxejn jitħabtu l-bennejja jekk il-Mulej ma jibnix id-dar”. Ma nistgħux nippretendu li nibnu jekk  ma nistednux lill-Mulej  ħalli jaħdem magħna. L-Ewkaristija  għandha tkun  iċ-ċentru  tal-ħidma tagħna għax kif qalilna l-Mulej  innifsu, “mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn!” Dwar din il-quddiesa  ġew ikkuntattjati xi kappillani  li urew il-fehma li jaqblu ma’ din il-quddiesa  fil-parroċċa tagħhom.

    Il-Mixja lejn Żwieġ Nisrani

    Bejn Frar u Marzu li għadda  sar eżerċizzju li fih ġbarna  il-kummenti tal-koppji mexxejja  rigward il-kors  ta’ Kana. Irċevejna numru kbir ta’ kummenti, suġġerimenti u kritika. Dawn il-kummenti ġbarnihom kollha  biex iservu ta’ diskussjoni u tfassil mill-ġdid  tal-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ. Għalhekk bdejna proċess  ġdid ta’ formazzjoni lejn iż-żwieġ. Kemm il-Papa Gwanni Pawlu II fil-Familiaris Consortio  kif ukoll il-Papa Franġisku  fl-Eżortazzjoni Amoris Laetitia jemfasiżżaw li l-mixja  lejn iż-żwieġ għandha tkun preparazzjoni remota kif ukoll prossima. Twaqqaf grupp li se jieħu ħsieb  it-tfassil ta’ din il-mixja . Dan huwa proċess li jieħu żmien  imma nittamaw li fi żmien sentejn inkunu fassalna l-pjan kollu.

    Exposure tal-Moviment ta’ Kana

    Se nkomplu  bil-programm ta’ ‘exposure’  għall-Moviment ta’ Kana. Il-ħidma tal-Moviment hi vasta ħafna .  L-idea ta’ ħafna – inklużi kappillani u jien kont wieħed minnhom – jaħsbu li Kana hi biss il-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ  jew il-counselling. Infakkru li kemm fil-web site tal-Moviment kif ukoll fil-facebook page tal-Moviment  hemm informazzjoni fuq il-firxa kbira ta’ servizzi u ħidmiet  tagħna. Xi Kappillani talbuni  ‘leaflets’ li fihom ikun hemm  id-dettalji kollha tas-servizzi kollha  li joffri l-Moviment ta’ Kana.

    Barra minn dan, bħalissa għaddejja sensiela ta’ programmi  fuq Radju RTK  li matulu issir diskussjoni  fuq ‘issues’  li jinqalgħu  fil-familja. Dan il-programm  isir it-Tnejn darba kull ġimgħatejn fil-11.15 a.m. Irridu ngħidu wkoll li fl-1 ta’ Ottubru se tibda skeda ġdida ta’ programmi  fuq Radju Marija. Dawn se jkunu kull nhar ta’ Sibt fil-10.00  Din is-sensiela wkoll se tittratta  il-ħidma kollha tal-Moviment ta’ Kana.

    Imma minbarra dan l-‘exposure’  fil-media hemm ħafna bżonn li mmorru għand il-familji. Is-sena li għaddiet ġie varat il-proġett  tal-ikona. Il-ħsieb wara dan il-proġett huwa li l-membri tal-kummissjoni parrokkjali familja jew membri tal-għaqdiet u l-movimenti fil-parroċċa  imorru għand il-familji b’din l-ikona, joqgħodu jitkellmu magħhom, jaraw xi bżonnijiet għandhom u jaraw kif jistgħu jgħinu. Qed insibu  diffikulta’  biex dan il-proġett jaħdem fi nixtiequ. Nifhmu li hemm ħafna diffikultajiet imma ma naqtgħux qalbna – il-familji qed jistennew lil xi ħadd iżurhom.

    Il-Moviment bħala Voluntary Organization

    Dan l-aħħar, wara ħafna diskussjoni u riflessjoni interna, il-Moviment ta’ Kana ġie aċċettat bħala VO (Voluntary Organization). Bis-saħħa ta’ hekk  nistgħu nikkwalifikaw  għal xi fondi pubbliċi. Imma dawn il-fondi iridu jkunu marbutin ma’ proġetti  li jwettaq il-Moviment. Għalhekk ħsibna li ntejbu  is-sistema tat-telefonija  tal-uffiċċji ta’ Kana u speċjalment  il-metodu ta’ kif tinżamm  id-‘data’. Saret sejħa  għall-offerti  għal dan il-proġett  u għas-sena li ġejja qed norbtu dawn il-fondi  ma’ dan il-proġett.

    Għandna l-ħsieb li aktar il-quddiem nagħtu ‘facelift’ kif jixraq lid-Dar ta’ Kana li tinsab fil-Mall. Din hi riżorsa importanti u li għandna nisfruttawha iktar.

    Konklużjoni

    Minħabba li ili biss ftit xhur f’din il-ħidma, niltaqa’ ma’ ħafna nies ex-parruċċini tiegħi jew ħbieb u jistaqsuni : Drajt fix-xogħol il-ġdid? Dan l-aħħar abbati ta’ familja ħbieb tiegħi staqsieni, “allura x’toqgħod tagħmel f’ta’Kana?” Mistoqsijiet sempliċi imma nkun irrid noqgħod nispjega għaliex indunajt kemm il-ħidma tal-Moviment ta’ Kana hi ħidma vasta, issa iktar u iktar mhux biss għaliex  assuma il-ħidma tal-Kummissjoni Djoċesana Familja kif semmejt iktar qabel, imma għaliex Kana qed jagħmel parti minn struttura ġdida  fid-Djoċesi. Issa l-Moviment ta’ Kana jaqa’ taħt id-Delegat tal-Arċisqof għal-lajċi. B’hekk il-ħidma tagħna  se koordinata  flimkien mas-Segretarjat Djoċesan għaż-Żgħażagħ, il-Kummissonji Djoċesana Tfal, Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Valuri fl-Isport u l-Forum tal-Għaqdiet/Movimenti/Komunitajiet Ekklesjali Kattoliċi tal-Lajċi.

    Nappellalkom ħafna biex titolbu għall-Moviment ta’ Kana u fuq kollox għall-qdusija tal-familji tagħna.

    Nagħlaq billi nirringrazzja minn qalbi lilek Mons. Vigarju Ġenerali talli aċċettajt li tippresjiedi din l-Assemblea.

    Nirringrazzja wkoll:

    Lill-President u l-membri kollha tal-Kunsill ta’ Kana

    - Lill-istaff

    - Lis-sub groups kollha li jwettqu ħafna xogħol fis-skiet u b’ħafna sagrifiċċju.

    - Lilkom membri tal-Kummissjoni Parrokkjali Familja.

    - Lill-benefatturi kollha tal-Moviment.

    - Lill-voluntieri  kollha speċjalment lil counsellors li jagħtu s-servizz tagħhom b’mod volontarju.

    Nitolbu lill Madonna ta’ Kana tberikna u tgħinna nagħmlu dak li jgħidilna HU.

    Grazzi ħafna.








comments powered byDisqus