• Barka tal-Papa

    • Il-Moviment ta' Kana joffri servizz tal-Barka tal-Papa għall-okkażjoni ta' żwieġ, anniversarji ta' żwieġ, magħmudija, l-ewwel tqarbina, griżma, ordinazzjoni saċerdotali, professjoni solenni, birthdays partikolari (għeluq it-18, is-70, it-80, id-90 u l-100 sena) u okkażjonijiet speċjali oħra.

      Hemm żewġ tipi ta' ċerifikati tal-Barka tal-Papa minfejn tista’ tagħżel, li jiġu fi tliet daqsijiet differenti.  Hawnhekk issib stampa taż-żewġ disinji bir-riferenza u d-daqs ta’ kull ċertifikat. Hemm tliet daqsijiet. Tista’ tordna l-Barka tal-għażla tiegħek billi timla’ l-formola eletronika li ssib aktar l-isfel u tibgħat ċekk bil-ħlas rilevanti pagabbli lill-Moviment ta’ Kana. Għal aktar dettelji ċempel il-Moviment fuq 22039309 mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00am sal-11.30am.

      Din il-formola hawn taħt hija maħsuba biex tapplika għall-Barka fl-okkażjoni ta’ żwieġ. Nistednuk iċċempel il-Moviment ta’ Kana fuq 22039309 f’każ li tixtieq tordna Barka għal xi okkażjoni oħra.

      Huwa mportanti li taħseb minn kmieni biex tapplika għall-barka u ma tħallix għall-aħħar, biex b’hekk iċ-ċertifikat tal-Barka tal-Papa jasal fil-ħin. Meta dan jaslilna, nibgħatu navżawk biex tiġbru mill-uffiċċju tal-Moviment ta’ Kana stess.

      Jekk tixtieq, tista' tara kampjuni oriġinali ta' kull ċertifikat tal-Barka tal-Papa fl-uffiċċju tal-Moviment ta' Kana li jinsab fl-Istitut Kattoliku, Triq San Publiju, Floriana. Għal aktar dettalji u prezzijiet tista' ċċempel l-uffiċċju tagħna fuq 22039309 jew 22039300, jew tibgħatilna email fuq sec@canamovement.org.

  • MUDELL GG : 325 mm X 480 mm u MUDELL GP : 246 mm X 345 mm. Dawn għandhom l-istess disinn vertikali (bħal dan t'hawn fuq), iżda ta' daqs differenti.

  • MUDELL M3 : 400 mm X 320 mm

  • ​​
    Isem u kunjom ta' min qed jagħmel l-ordni
    Indirizz
    Lokalità
    Postcode
    Telefown
    Mobajl
    E-mail
    Isem l-Għarusa
    Kunjom l-Għarusa
    Isem l-Għarus
    Kunjom l-Għarus
    Data tat-Tieġ
    Isem il-Knisja fejn se jkun iċċelebrat iż-żwieġ
    Il-lokalità tal-Knisja fejn se jkun iċċelebrat iż-żwieġ
    Barka







comments powered byDisqus