• Counselling

  • Ilkoll jiġuna mumenti f'ħajjtina meta nħossu l-bżonn li niftħu qalbna u nitkellmu ma' xi ħadd li jismagħna bl-attenzjoni kollha mingħajr preġudizzju. Xi kultant li tagħmel l-ewwel pass huwa diffiċli imma jekk issib il-kuraġġ u tagħmel appuntament se tinduna li ser issib lil xi ħadd lest li jgħinek bis-sħiħ.

    Il-counselling huwa servizz kunfidenzjali fejn nies imħarrġa professjonalment u kwalifikati jisimgħuk u jgħinuk tara soluzzjonijiet u tiddeċiedi fuq l-aħjar triq għalik. Il-problemi u sitwazzjonijiet li l-counsellors ta' Kana jiltaqgħu magħhom huma kemm ta' natura personali, interpersonali, kif ukoll problemi fil-familja.

    F'każ ta' bżonn, il-counsellor ukoll tista' tirreferik għas-servizz tal-psikologu li għandna fi ħdan Kana. Jekk tħoss il-bżonn li tuża dawn is-servizzi tiddejjaqx iċċemplilna fuq 22039300/315 jew tibgħat e-mail fuq support@canamovement.org.








comments powered byDisqus