Stedina lill-Għarajjes
Għeżież Għarajjes,
Sliem.
Nittama li sejrin tajjeb fil-preparazzjoni tagħkom għaż-żwieġ nisrani.
Il-Moviment ta’ Kana jixtieq jiltaqa` magħkom f’quddiesa organiżżata apposta għalikom l-għarajjes li se tiżżewġu matul is-sena 2020, biex Mons. Arċisqof f’isem il-Knisja jitlob il-barka ta’ Alla fuqkom tul din il-mixja tagħkom ta’ mħabba.
Din tkun okkazzjoni sabiħa fejn tiltaqgħu personalment ma’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna u tingħataw tifkira ta’ din l-okkażjoni.
Il-quddiesa se issir:
Is-Sibt 4 ta’ Jannar 2020
Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
Fil-5.30 ta’ fil-għaxija
Attenzjoni : Mhux permess dħul fil-Konkatidral
bi żraben bit-takkuna rqiqa u bil-ponta
Nnittama li narakom, nitlobkom tħeġġu għarajjes oħra biex jattendu.
comments powered byDisqus