• Stedina lill-Miżżewġin Ġodda

  • Għeżież Miżżewġin,

    Nifirħulkom għaż-żwieġ tagħkom u waqt li nitolbu għalikom nawgurawlkom żwieġ ħieni, mimli b’kull barka tal-Mulej. F’isem il-Moviment ta’ Kana nixtiequ nistednukom għall-quddiesa li qed tiġi organizzata għalikom, fejn intom il-koppji li żżewwiġtu matul is-sena 2017 ser ikollkom ukoll l-okkażjoni tiltaqgħu personalment ma’ Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi u tingħataw tifkira ta’ din l-okkażjoni.

    Il-quddiesa se issir:

    Is-Sibt, 6 ta’ Jannar, 2018

    Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta

    Fil-5.30 ta’ fil-għaxija

    Attenzjoni : Mhux permess dħul fil-Konkatidral bi żraben bit-takkuna u bil-ponta.

    Nittamaw li tkunu tistgħu tieħdu sehem f’din il-quddiesa li żgur tkun esperjenza sabiħa u memorabbli għalikom.








comments powered byDisqus