Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Obituary : Paul Attard
Raġel li ħafer lil martu
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Imħabba Vera Teżisti
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Knisja f’dixxerniment
Awguri !
Biex Siġra titla’ Dritta
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Ġimgħa Żwieġ 2015
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Statement to the Media
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
MERĦBA Mons. Charles Attard
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Tislima lil Mons Mercieca
US Governors Sign Pro-Life Legislation
Over 5.1 million babies born in 2014
Safeguarding Malta’s Catholic roots
Pro-life and pro-family NGOs face unprecedented bias at major UN session
Press Release - Stqarrija għall-Istampa
True Father
The Cohabitation Bill – Some observations
Increase the Birth Rate
Intervista lil Dun Charles Attard Direttur tal-Moviment ta’ Kana
Turning ‘Fifty Shades’ on its head
Assemblea Familja fil-Bidu tas-Sena Pastorali 2016-2017
THE SPECTRE OF EUGENICS
IL COSULTORIO E IL CONSULENTE FAMILIARE
VALUES IN A TIME OF UPHEAVAL
Dak li vvinta l-pillola kontraċettiva jitkellem kontrieha
Good, healthy families
MORNING AFTER PILL - Press Release - Stqarrija għall-Istampa
Precautionary principle
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
A SMILE AND JOY
Bridging the Gap 
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda 

  • Intervista lil Dun Charles Attard Direttur tal-Moviment ta’ Kana

  • Din l-intervista kienet ippubblikata fil-Mument tal-Ħadd 22 ta' Mejju, 2016.

    1. X’inhuma l-isfidi li qed taffaċċja llum il-familja tradizzjonali Maltija?

      L-ewwel nett hemm bżonn inkunu ċari meta niddefenixxu “familja tradizzjonali” għaliex ħafna jaħsbu li familja tradizzjonali hi l-familja tal-medju evu. Meta niddefinixxu familja tradizzjonali qed infissru familja naturali kif ħalaqha Alla jiġifieri, “ li sa mill-bidu Alla għamilhom raġel u mara”. Dan kien u għadu il-pjan ta’ Alla għall-familja. Huma ħafna dawk li qed jilqgħu is-sejħali jwaqqfu familja kif iridha Alla.

      Madankollu f’pajjiżnail-familja tradizzjonali naturali qed taffaċċja ħafna sfidi.Qed jiġu proposti liġijietli jiżnaturaw iż-żwieġ tradizzjonaliu jippreżentaw mudelli ta’ familja li huma ibbażatifuq l-awtonomija tal-individwu. F’pajjiżna erġajna smajna diskorsdwar żwieġ bejn koppji tal-istess sess.

      Dan l-aħħar ukoll ġie pubblikat abbozz ta’ liġi tal-koabitazzjoni. Dan l-abbozz jivvaloriżża r-relazzjonijietbejn koabitantidaqs li kieku kienu miżżewġina. Sfida oħra hi serje sħiħata’ attentatiu proposti biex tiġi promossa l-ideoloġija tal-ġeneru. Din l-ideoloġija tiċħad ir-reċiproċita’ naturali ta’ raġel u mara u tnawwar il-bażiantropoloġika tal-familja biex kollox ikun awtodeterminat – “nagħżel jien il-ġeneru tiegħi, irrispettivament mis-sess tiegħi.”

    1. X’qed jgħid il-Papa Franġisku fuq il-koppji separati u divorzjati?

      Dan l-aħħar il-Papa Franġisku ħareġ Eżortazzjoni Post Sinodali, “Il-Ferħ tal-Imħabba”. Dan  huwa dokument importanti ħafna għaliex fih il-Papa  jikteb fit-tul fuq il-ġmiel tal-familja u tal-imħabba fiż-żwieġ.  F’dan id-dokument il-Papa jħeġġeġ lir-Rgħajja tal-Erwieħ  biex bħal Kristu ir-Ragħaj il-Kbir  ikunu jafu sew il-merħla li ġiet afdata f’idejhom u biex ikunu imħarrġin  tajjeb speċjalment għal dawk il-familji li għaddejjn minn sitwazzjonijiet diffiċli u dawk il-familji li ż-żwieġ tagħhom falla.

      Dwar koppji seperati u divorzjati u li reġgħu iżżewġu bi żwieġ ċivili  il-Papa jagħmel sejħa lir-Rgħajja tal-Knisja biex jakkumpanjaw koppji bħal dawn  u biex ikunu kapaċi jiddixxernu  l-qagħda  tagħhom. Il-Papa jemfasiżża  li m’għandniex  niġġudikaw u nikkundannaw  għaliex hu Alla  biss li jara x’hemm fil-qalb  tal-bniedem. Aħna lkoll qegħdin f’mixja u għalhekk għandna bżonn il-ħniena ta’ Alla.

    1. X’inhi s-sitwazzjoni f’Malta fejn jidħlu persuni separati u divorzjati?

      Irridu nagħmlu distinzjoni bejn persuna separata u baqgħet separata mingħajr ma’ daħlet f’relazzjoni oħra u persuna separata li daħlet f’relazzjoni oħra jew li ħadet id-divorzju u reġgħet iżżewwġet bi żwieġ ċivili.

      Persuna li sseparat u baqgħet separata mingħajr ma daħlet f’relazzjoni oħra, din għadha qed tgħix il-fedelta’ fiż-żwieġ u għalhekk tista’ tersaq għas-sagramenti.

      Is-sitwazzjoni ta’ persuna li daħlet f’relazzjonioħra jew li ħadetid-divorzju u reġgħet iżżewwġet bi żwieġ ċivilihi suġġett ta’ ħafna ħidma pastorali għaliex kif qalilna l-Papa fl-Eżortazzjoni ‘Amoris Laetitia’dawn il-persunijeħtieġu ħafna kompassjoni, akkumpanjament u dixxerniment. Il-Papa jisħaq li d-duttrina tal-Knisja dwar l-indissolubilita’ taż-żwieġ kif insibuha fl-Evanġeljuma tistax tinbildel. Imma l-Knisja, speċjalment l-Isqfijiet u s-saċerdotigħandhom jakkumpanjawlil dawn il-persuni, jgħinuhom jiffurmaw il-kuxjenza tagħhom. 

    1. Illum f’Malta daħlu liġijiet li jwasslu għal forom ġodda ta’ familji. X’inhi l-pożizzjoni tal-Moviment ta’ Kana fuq dawn?

      Filwaqt li irridu nirrikonoxxu li s-soċjeta Maltija qegħdha timbidel kuljum u filwaqt li nirrikonoxxu li daħlu forom ġodda ta’ familji, il-viżjoni tal-Moviment ta’ Kana hi li l-familja Maltijatkun tassew Nisranija, jiġifieri li tkun familja magħquda, li tgħix l-ispirtu tal-Vanġelu, li tagħrafdejjem aktar li hija Knisja tad-Dar (Knisja Domestika) u għalhekk mezz ta’ Evanġeliżazzjoni u qdusija għall-membri tagħha.

      Il-Moviment ta’ Kanabħala moviment ta’ ispirazzjoni Kattolika, filwaqt li jżomm djalogu sinċier u ta’ rispett lejn persuni li qed jikkoabitaw jew persuni tal-istess sess u li qed jgħixu f’unjoni ċivili, jaħdem għal tħejjija serja tal-koppji li qed iħejju ruħhomgħal żwieġ Nisrani. Il-Moviment ta’ Kana jimpenja ruħu ħalli bil-kollaborazzjoni mal-kappillani tal-parroċċi tagħna, ikollna koppji mexxejja imħarrġin sew għal-korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ.

      Il-Moviment ta’Kana huwa konxju mill-problemi u diffikultajietreali li jiffaċċjaw il-familji llum u għalhekknippruvaw nifhmu l-kumplessitajiet u r-realtajietli qed jgħixu diversi familji.

      Għalhekk minn dawn il-paġninixtieq nagħmelsejħa lil kulħadd speċjalment lil dawk il-familji li għaddejjin minn dawn ir-realtajiet li ‘bibien tal-Moviment ta’ Kana huma miftuħa għal kulħadd’.

    1. Hawn ħafna żgħażagħ li meta jaraw familji mkissra li jistgħu ikunu il-familji tagħhom stess, jaħbtu jaqgħtu qalbhom mill-ħajja taż-żwieġ. X’inhu l-parir tiegħek  lil dawn iż-żgħażagħ?

      Ikun xieraq li naraw minn fejn ġej il-qtugħ ta’ qalb jew il-biża minn żwieġ dejjiemi għaliex jista’ jkun li dan ikun ġej mill-bidla mgħaġġla li qed iseħħ fis-soċjeta; jew mill-fatt li donnu illum xejn m’għad għandu valur; jew li illum kollox għandu l-‘expiry date’ u għalhekk anke iż-żwieġ; li llum kollox ‘disposable’ anke iż-żwieġ; li llum m’għadx għandna l-kapaċita’ li nistennew u għalhekk tlifna  is-sens taċ-ċaħda tagħna infusna. Dawn, flimkien ma’ fatturi oħra qed jikkawżaw fallimenti fiż-żwieġ.

      Meta xi żgħażagħ jaraw dan kollu quddiemhom, u l-aktar jekk jarawh fil-familji tagħhom stess,  jaħbtu jaqtgħu qalbhom minn ħajja ta’ żwieġ dejjiemi. Fil-fond  tal-qalb tagħhom  dawn iż-żgħażagħ iridu jħobbu. Iridu jħobbu għal dejjem imma jibżgħu u din il-biża timblokka kull mixja lejn imħabba dejjiema.

      Kif tista’ tintrebaħ din il-biża? Għandna bżonn ta’ ħafna xhieda. Ħafna kappillani  jorganiżżaw attivitajiet b’risq il-familja fejn fost l-oħrajn issir quddiesa għal dawk il-koppji  li jkunu qed jiċċelebraw  xi anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom. Dawn l-esperjenzi huma ta’ min jinkoraġġihom għaliex huma ix-xhieda li ż-żgħażagħ tagħna għandhom bżonn jaraw. Ninkoraġġixxi wkoll li nużaw ‘is-social media’. Kemm nieħu gost meta nirċievi xi messaġġ minn xi kopjji li jħabbru li għalqu tant snin miżżewwġin.

      Kultant il-‘media’ tippreżenta messaġġi li jmorru kontra l-fedelta’ fiż-żwieġ, jew mudelli li jigglorifikaw l-adulterju. Dawn il-messaġġi joħolqu mentalita’ li ‘illum kulħadd hekk!’ Nemmen li l-meżżi tax-xandir għandhom ixandru iktar il-posittiv fiż-żwieġ. Hu hawn fejn nixtiequ li l-‘media’ tagħtina ċans għal iktar ‘exposure’ posittiv dwar iż-żwieġ u l-familja.

      Lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jidħlu għal żwieġ dejjiemi imma qed jibżgħu jagħmlu dan il-pass, nissuġġerilhom li jitkellmu ma’ min jista’ jiggwidahom.

      Fattur ieħor li jaqta’ qalb xi żgħażagħ miż-żwieġ  huwa għaliex jaraw li l-ispejjeż għat-tieġ huma kbar wisq. Lil dawn nistaqsihom, “inti xi trid żwieġ jew tieġ? Tibżgħux tmorru kontra l-kurrent. Agħmlu tieġ mingħajr spejjeż esaġerati!”

    2. Għalkemm f’Malta nisimgħu ħafna dwar familji mkissra, hawn ħafna aktar familji b’saħħithom. X’tikkummenta?

      L-idea ta’ ħafna fostna sfortunatament hi li ż-żwiġijiet kollha qed ifallu... li kull min tisma’ għandu xi żwieġ li falla fil-familja tiegħu. Huwa veru li għandna ħafna żwiġijiet li fallew imma irridu ngħidu wkoll li għandna ħafna iktar żwiġijiet b’saħħithom. Dawn m’humiex xi żwiġijiet li waqgħu mis-sema għaliex f’kull familja ikun hemm il-problemi , il-mard, il-konflitti u diffikultajiet oħrajn. Għalhekk forsi il-mistoqsija naturali li tiġina hi “għaliex  xi żwiġijiet ifallu u oħrajn  iżommu b’saħħithom?” Jista jkun hemm ħafna raġunijiet. L-ewwel waħda li nara  hi għaliex  minkejja li ħafna drabi nonqsu lil xulxin  u kultant anke nweġġgħu lil xulxin , ikollna l-umilta’ li nitolbu maħfra mill-qalb. Nixtieq nagħmel emfasi fuq li nitolbu maħfra mill-qalb għaliex ġieli jiġri li nitolbu maħfra imma ma nagħmlu l-ebda sforz biex  nimbidlu u għalhekk l-affarijiet jerġgħu imorru għal li kienu qabel. Raġuni oħra li tikkontribwixxi għall-għaqda fiż-żwieġ u l-familja hi li meta l-koppja tara li ġej l-inkwiet jew il-problemi dawn ma jingħalqux fihom infushom jew jgħaddsu rashom fir-ramel imma meta jaraw li ma jistgħux isolvu id-differenzi ta’ bejniethom  malajr ifittxu l-għajnuna ħalli l-affarijiet ma jiggravawx. Koppji oħrajn jgħidulek li s-suċċess fiż-żwieġ tagħhom kien dovut għall-fatt li ħadu ħsieb il-komunikazzjoni ta’ kwalita’ bejniethom. Koppji oħrajn jgħidulek ‘aħna sibna s-support ta’ grupp ta’ familji oħra fil-parroċċa u meta kellna diffikultajiet sibna lil min jieqaf magħna.’ Koppji oħrajn jgħidulek li għalihom ir-relazzjoni tagħhom mal-Mulej qatt ma kienet nieqsa u dan ‘għaliex nemmnu lil Ġesu irriduh  magħna dejjem u mhux meta għandna bżonnu biss’.

      L-esperjenzi ta’ dawn il-koppji għandhom ikunu ta’ ispirazzjoni għall-miżżewwġin kollha.

    1. Tista telenka l-ħidma tal-Moviment ta’ Kana?

      Il-Moviment ta’ Kana din is-sena jagħlaq sittin sena ta’ ħidma fost il-familji. Minn hawn nixtieq insellem lil Mons. Charles Vella li huwa l-fundatur ta’ dan il-Moviment. Il-ħidma tal-Moviment hi vasta ħafna. Ħafna jassoċċjaw il-ħidma tal-Moviment biss għall-korsijiiet li jsiru għall-għarajjes li qed iħejju ruħhom għal żwieġ Nisrani. L-għarajjes jaraw dawn il-korsijiet bħala għajnuna kbira għalihom fit-tħejjija għaż-żwieġ. Ħidma oħra importanti tal-Moviment hi l-‘Counselling’. Għandna numru sabiħ ta’ ‘counsellors’ professjonali. Ħafna Kappillani jirreferu nies għall-‘counsellors’ ta’ Kana. Il-Moviment joffri wkoll gruppi ta’ sapport lill-persuni separati. Joffri wkoll ‘counselling’ lil dawk il-koppji li għandhom problema ta’ infertilita’, ‘counsellors’ oħra għal dawk l-ommijiet li jixtiequ jreddgħu. Il-Moviment għandu wkoll it-‘Tiny Infants Parents’ Support Group’ li joffri sapport li dawk il-ġenituri li uliedhom ikollhom bżonn ta’ attenzjoni pedjatrika. F’diversi parroċċi il-Moviment għandu il-‘Mother & Baby Clubs’. L-iskop ta’ dawn huwa li jlaqqa’ tfal minn sena u nofs sa tlett snin ħalli dawn flimkien ma’ ommijiethom jew nanniet tagħhom jitgħallmu jiltaqgħu flimkien ħalli b’hekk ikollhom preparazzjoni tajba għal meta dawn it-tfal jibdew l-iskola.

      Barra minn dan kollu il-Moviment joffri wkoll lectures fuq l-Ippjanar Naturali Familja. Is-sejħa tal-Moviment hi nimxu mat-tagħlim tal-Knisja fuq dan il-qasam.

      Ħidma prinċipali oħra tal-Moviment ta’ Kana huma id-diversi gruppi ta’ formazzjoni imsejjħin     Gruppi Familji Nsara – GRUFAN. Dawn il-gruppi jiltaqgħu darba kull xahar u jiddiskutu suġġetti relatati maż-żwieġ u l-familja. Għal dawk il-koppji għarajjes jew miżżewwġin żgħażagħ, il-Moviment għandu l-grupp ‘Jiena Magħkom Dejjem’. Dan ukoll huwa grupp ta’ formazzjoni li jiltaqa’ darba kull xahar.

    1. Kif tara l-futur tal-familja Maltija u x’għandu jsir biex il-qafas tal-familja jissaħħah?

      Nixtieq inwieġeb din il-mistoqsija f’żewġ partijet. Kif semmejt iktar qabel il-familja tradizzjonali Maltija diġa qed tkun iċċalinġjata minn ħafna fatturi fosthom forom ġodda ta’ familja. Dan qed ikollu impatt fuq it-tfal tagħna li se jkunu il-ġenituri ta’ għada: qed tinħoloq konfużjoni f’moħħ it-tfal tagħna.

      Irridu wkoll neżaminaw fatturi soċjali oħrajn fosthom : ir-rata baxxa tat-twelid (Malta għandha it-tieni l-inqas rata ta’ twelid fl-Ewropa); qed ngħixu iktar; ir-rata ta’ separazzjonijietu divorzju; familji b’inqas tfal; iż-żieda ta’ iktar nisau nanniet li qed joħorġu jaħdmu qed joħloq il-fatt li l-ħin mat-tfal se jonqos b’mod drastiku u għalhekk it-tfal se jkunu jafu iktar liċ-‘child carer’ milli lill-ġenituri.

      Minkejja dawn l-isfidi kollha nemmen li l-familja tradizzjonali Maltija għad għandha futur imma il-qafas ta’ din l-istituzzjoni għandu bżonn jissaħħah iktar. Jekk tassew nemmnu li l-familja b’saħħitha hi garanzija għal soċjeta’ b’saħħitha allura hemm bżonn nikkonsolidawha billi nipproteġuha iktar. Saru ħafna miżuri ‘family friendly’ li kienu pass tajjeb. Jiena nemmen li għandna nirrikonoxxu iktar ix-xogħol tal-omm li tagħżel li tibqa’ d-dar biex tieħu ħsieb it-trobbija tal-familja.

      Irrid ngħid ukoll li m’huwiex biss il-Moviment ta’ Kana li jaħdem b’risq il-familja f’pajjiżna għaliex għandna għaqdiet u istituzzjonijiet oħrajn li għandhom bżonn ħafna sapport mill-Istat biex jaħdmu b’risq il-familji. Ix-xogħol ta’ dawn l-aġenziji għandu jiġi apprezzat aktar.

      F’ħafna parroċċi hemm il-Kummissjonijiet Familja u Djakonija li jagħmlu ħafna xogħol b’risq il-familja. Dawn għandhom jissaħħu iktar b’formazzjoni adekwataħalli jkunu dejjem ippreparati għall-isfidi ġodda li se tgħaddi minnhom il-familja Maltija.

    1. X’se jkunu il-prijoritajiet tiegħek bħala Direttur il-ġdid tal-Moviment ta’ Kana?

      Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lid-Diretturi ta’ qabli tal-Moviment li taw kontribut kbir għall-familja Maltija.

      L-Arċisqof tagħna Mons. Charles Scicluna ħatarni bħala id-Delegat tiegħu għall-familja. Issa il-Moviment ta’ Kana qed jassumi wkoll il-ħidma pastorali kollha tal-familja fid-Djoċesi tagħna. X’se jkunu il-prijoritajiet tiegħi?

      L-ewwel prijorita’ hi kif se nattwaw il-programm kbir ta’ ħidma pastorali li qed ipoġġi quddiemna il-Papa Franġisku permezz tal-Eżortazzjoni ‘Amoris Laetitia’.

      It-tieni se naħdem biex nikkordinaw iktar il-ħidmiet ta’ ħafna għaqdiet li għandna fostna u li huma wkoll qed jaħdmu b’risq il-familja.

      It-tielet se nara li l-Moviment ta’ Kana jkun iktar qrib il-parroċċi.

      Ir-raba' se nagħti iktar emfasi fuq il-bżonn tal-formazzjoni u taħriġ kemm lill- koppji mexxejja tal-korsijiet tal-għarajjes kif ukoll formazzjoni għall-koppji mexxejja prospettivi. Għandna bżonn urġenti ta’ koppji mexxejja ġodda.

      Il-ħames se naħdem biex il-ħidma tal-Moviment ta’ Kana tkun iktar magħrufa. Nirrepeti li hi ħasra li ħafna jassoċċjaw lil Kana biss mal-korsijet tal-għarajjes għaż-Żwieġ Nisrani. Kif wieħed jista’ jara il-Moviment joffri ħafna iktar servizzi li hemm bżonn li jkun jaf bihom kulħadd.








comments powered byDisqus