Stqarrija għall-Istampa - Press Release
Press Release
Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?
Archive
Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Awguri u Grazzi Fr Joe!
Amoris Laetitia - The Joy of Love
Obituary : Paul Attard
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
The heroic priest who died on the Titanic
Servizz tal-Qrar
Grazzi Miriam
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Laqgħa tar-Randan mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Mum, Dad and Kids
Bidu tas-Sena Pastorali 2019/2020
Changing Times: Impacts of time on Family Life
Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Gruppi Familji Nsara
Il-Fundatur jiltaqa' mal-Papa
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
Precautionary principle
No Man is an Island
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Awguri !
MERĦBA Mons. Charles Attard
A SMILE AND JOY
Who’ll care for our elderly?
Bridging the Gap 
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Reflections on Embryo Freezing
Iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament
Quddiesa għall-Għarajjes
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Dan kollu għalfejn?
Mons. Charles Vella
Biex Siġra titla’ Dritta
Mother & Baby Club Meetings
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
Love, sex and marriage in liberal societies
Good, healthy families
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Iż-Żwieġ u l-Familja
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Laqgħa Ġenerali Annwali 2018 

  • Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja

  • Għall-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Familja, il-Gruppi Familji Nsara fi ħdan il-Moviment ta' Kana organizzaw Quddiesa għall-Familji nhar is-Sibt 2 ta' Mejju 2015, fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann il-Belt Valletta, ippreseduta mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritus ta' Malta.

    > Agħfas hawn għar-ritratti

  • Diskors ta' Merħba mill-Koppja President James u Marica Chappell

    Eċċellenza, sinjuri, ħbieb.

    Propju tlett ijiem ilu, waqt l-udjenza ġenerali tiegħu fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku tana Katekeżi sabiħa ferm dwar iż-Żwieġ u l-Familja. U xtaqna li dawn il-kelmtejn tagħna llum ikunu biss riflessjoni fuq il-kliem ta’ Papa Franġisku, li jdawwar il-ħarsa tiegħu fuq Ġesù, li fit-tieġ ta’ Kana jsalva l-festa bil-miraklu tal-inbid. Miraklu, li Ġesù jagħżel li jwettqu fil-kuntest taż-żwieġ biex hekk dan l-ewwel sinjal, kif isejjaħlu l-Papa kapolavur, iservi ta’ xhieda tal-kapolavur taż-żwieġ, hekk kif ippjanat minn Alla sa mill-bidu.

    Fil-mixja tagħna bħala familji membri fil-Gruppi Familji Nsara, inżommu bħala l-mira tagħna li nkunu xhieda ħajja tal-imħabba ta’ Alla meta ngħixu s-sejħa tagħna fiż-żwieġ. Ninsabu mdawrin b’diversi kurrenti li jistgħu jiġbduna magħhom u l-mira tagħna nitilfuha. Insibu ruħna mħawda meta ffaċċjati minn ċirkostanzi li jmissu l-qalb u l-emozzjonijiet. Huma kollha sfidi. Iżda bil-għajnuna ta’ Alla u tal-Familja Mqaddsa ta’ Nażżaret m’għandniex inħallu dawn l-isfidi jaqtgħulna qalbna. Anzi huma opportunitajiet biex fix-xhieda tagħna taż-żwieġ u l-familja, niftħu qalbna għal dawk li għaddejjin minn żmien ta’ maltemp.

    Bħala membri fil-Gruppi Familji Nsara lkoll nafu tajjeb il-metodu li nużaw fil-laqgħat tagħna ta’ kull xahar: Ara, Qis u Agħmel. Huma tliet skaluni waħda wara l-oħra li jwasslu għal dixxerniment kif nistgħu nkunu l-ħmira fis-soċjetá tagħna llum. L-ewwel pass hu li nħarsu madwarna, nifhmu u napprezzaw is-sinjali taż-żminijiet li qegħdin ngħixu fihom. Inqisu dak li ser nagħmlu u ngħidu. Naraw li fl-imġieba tagħna nkunu sensittivi, li filwaqt li nżommu mat-tagħlim u l-fidi tagħna, ma nweġġgħux is-sentimenti ta’ dak li jkun. Finalment agħmel il-pass. Agħmel id-differenza. Iżda tagħmilx ġudizzju.

    Papa Franġisku jħeġġiġna biex ma nibżgħux nistiednu lil Ġesù għall-festa tat-tieġ. Ma nibżgħux nistednuh fid-dar tagħna, biex ikun magħna u jħares il-familja tagħna. Eku mill-kliem qawwi tal-qaddis Papa Ġwanni Pawlu II: Spalancate le porte a Cristo; Iftħu l-bibien ta’ qlubkom beraħ għal Kristu!

    U ma nibżgħux nistiednu wkoll lil Ommu Marija. Fi kliem Papa Franġisku, l-Insara, meta jiżżewġu “fil-Mulej”, jinbidlu f’sinjal effikaċi tal-imħabba ta’ Alla.  L-Insara ma jiżżewġux biss għalihom infushom: jiżżewġu fil-Mulej għall-ġid tal-komunità kollha, tas-soċjetà kollha kemm hi.

    Dan hu l-awgurju tagħna, lill-familji tagħna, f’Jum il-Familja.

    > Agħfas hawn għall-Omelija ta' Mons. Pawlu Cremona O.P. Arċisqof Emeritus



  Jum_il-Familja_2015_-_Omelija_ta_Mons_Pawlu_Cremona_OP_Arcisqof_Emeritus.143314486155.pdf




comments powered byDisqus