Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Obituary : Paul Attard
Raġel li ħafer lil martu
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Imħabba Vera Teżisti
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Knisja f’dixxerniment
Awguri !
Biex Siġra titla’ Dritta
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Ġimgħa Żwieġ 2015
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Statement to the Media
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
MERĦBA Mons. Charles Attard
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Tislima lil Mons Mercieca
US Governors Sign Pro-Life Legislation
Over 5.1 million babies born in 2014
Safeguarding Malta’s Catholic roots
Pro-life and pro-family NGOs face unprecedented bias at major UN session
Press Release - Stqarrija għall-Istampa
True Father
The Cohabitation Bill – Some observations
Increase the Birth Rate
Intervista lil Dun Charles Attard Direttur tal-Moviment ta’ Kana
Assemblea Familja fil-Bidu tas-Sena Pastorali 2016-2017
THE SPECTRE OF EUGENICS
IL COSULTORIO E IL CONSULENTE FAMILIARE
VALUES IN A TIME OF UPHEAVAL
Dak li vvinta l-pillola kontraċettiva jitkellem kontrieha
Good, healthy families
MORNING AFTER PILL - Press Release - Stqarrija għall-Istampa
Precautionary principle
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Grazzi Miriam
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016 

  • Iż-Żwieġ huwa Għotja

  • Ronnie Gauci

    Irridu niżżewġu kuljum billi nagħtu lil xulxin imħabba infinita. Niżżewġu jfisser li naċċettaw lil xulxin u niftiehmu ma’ xulxin. Niżżewġu jfisser li ngħinu lil xulxin matul ħajjitna kollha u nkunu komplimentari għal xulxin. Niżżewġu ma jfissirx biss li nimxu id f’id bħala turija tal-għaqda fil-ġisem; imma jfisser li tkun magħquda qalb ma’ qalb. Għax hija aktar diffiċli l-għaqda tal-qlub. Niżżewġu jfisser tkun ruħ waħda u qalb waħda bil-fiduċja. Niżżewġu jfisser ikollna kollox komuni, ideat komuni, proġetti komuni, interessi komuni. Dan ma jfissirx li nkunu kopja perfetta ta’ xulxin, jew li nifgaw lil xulxin. Ifisser biss kompressjoni totali u aċċettazzjoni sinċiera ta’ xulxin. Niżżewġu jfisser li nkunu quddiem il-Mulej qisna żewġ idejn magħqudin fit-Talb.

    (Mir-Rivista JESUS. Kitba Padre Pietro Righetto)

    Min jidħol għas sagrament taż-Żwieġ biex ‘jieħu’ flok ‘jagħti’ jiżbalja. Fiż-żwieġ tidħol għax tħobb u tixtieq il-ġid lill-parti l-oħra u lit-tfal li l-Mulej jibgħatlek. Din li ġejja hija esperjenza ta’ Omm Maltija li ma xtaqitx li turi min hi għal diversi raġunijiet. Se nħalli lilha tirrakkonta.

    “Kemm kont ferħana! Binti kienet ser taqta’ xewqitha! Konna l-ajruport u binti kienet sejra fuq scholarship biex iġġib il-masters f’suġġett li kienet ilha tħobb minn ċkunita. Jien u missierha bkejna għax kienet se ddum imsiefra kważi sena. Imma dak il-ħin f’qalbi għedt: “Għal binti kollox lesti li nagħmlu, anke jekk ninfirdu minnha għal din is-sena, basta tkun kuntenta hi!”

    Ma kinitx tgħaddi ġurnata li ma nkellmuhiex bit-telefon. Konna nċemplu jew nibgħatu messaġġi lil xulxin. Kienet tgħidli kemm kienet kuntenta u għalkemm konna nħossu n-nuqqas tagħha, jien kont inżomm kollox f’qalbi. Wara xi xahrejn għamilna l-ħsieb li mmorru sa ħdejha. Kienu l-isbaħ ħmistax ta’ ħajti. Dawritna l-postijiet kollha li kienet tgħidli bihom fuq it-telefon. Sirna nafu lil ħbiebha u l-ambjent li kienet qiegħda tgħix fih. Riditna li nerġgħu nmorru darba oħra qabel ma jibdewlha l-eżamijiet. Fil-fatt hekk għamilna l-ħsieb. Kellna kollox ibbukjat u d-data lesta, però l-affarijiet kellhom jieħdu xejra oħra.

    Jiena kelli problema li kienet ilha xi ftit tinkwetani. Mort għand it-tabib u aċċertani li ma kelli xejn. Ma qagħdtx bi kwieti. Mort għand tabib ieħor. Malajr qalli biex nagħmel biopsy u ħareġ ir-riżultat. Kien l-akbar xokk ta’ ħajti! Bkejt jien, żewġi u ibni wkoll. Però quddiem għajnejja ġiet binti li kont se ntellifha kollox. Le, ma setgħax ikun. Ħadt deċiżjoni u żewġi u ibni lkoll qablu miegħi. Binti ma kellha tkun taf xejn!

    Ċempiltilha, ġibtilha skuża u spjegajtilha li ma stajniex immorru ħdejha. Kelli nħassar kollox. Kienet sitwazzjoni iebsa għal kulħadd, pero kulħadd irrealizza li dik kienet l-aħjar deċiżjoni għal binti. Dħalt għall-operazzjoni l-isptar u binti kienet iċċempel bla ma nuriha b’xejn. Kont irrid nidħak magħha, meta f’qalbi kont inkun imbikkma! Kienet tisma’ l-istorbju u l-ħsejjes mhux tas-soltu u tistaqsini fejn qiegħda u jiena u t-tifel li kien ikun miegħi jew żewġi li kien jagħmel ħiltu biex jiġi ħdejja, konna nivvintaw xi ħaġa dak il-ħin – daqqa li qed nieħu kafè jew li taparsi qiegħda l-Belt.

    Ħriġt mill-isptar u l-operazzjoni irnexxiet, però kelli bżonn ta’ iktar kura. Beda l-kalvarju ta’ kull min ikun bħali. Bdejt immur għall-kimoterapija. Kont inkun imkissra bil-kura waqt li kelli nidħak ma’ binti fuq it-telefon. Meta binti kellha għeluq sninha ċemplitli u riditni nkantalha u nifraħ magħha. Issa kien wasal żmien l-eżamijiet. Imkissra kif kont, xtaqt niftaħ qalbi magħha u nuriha n-niket li kelli u l-effetti li kellha l-kura li kont qiegħda nieħu, li kienet tħallini bla saħħa fiżika u anke emozzjonali. Però ġibt quddiem għajnejja l-futur tagħha. Kien ferm aħjar inkompli nbati fis-skiet milli nuriha u ntellifha kollox.

    Għamlet l-eżamijiet u ġiet minn ta’ quddiem! Kemm fraħna lkoll bir-riżultat. Hemmhekk indunajt kemm dik id-deċiżjoni li ħadt kienet għaqlija. Din l-esperjenza resqitna iktar lejn xulxin. Meta ġiet lura Malta u saret taf b’kollox tgħidx x’għamlet! Però ndunat u fehmet illi kieku tilfet din l-opportunità ma kinitx se terġa’ tiġi darb’oħra. Binti fehmet iktar sa fejn kapaċi tasal l-imħabba ta’ omm!”

    Iva dan hu ż-żwieġ vera. Żwieġ ibbażat fuq l-imħabba sinċiera nieqsa mill-egoiżmu.

    Li tagħti kemm tiflaħ. Li tagħti sa ma tweġġa’. Waħedna però ma nkunux kapaċi. Ikollna bżonn l-għajnuna tal-Mulej għax aħna dgħajfa u naqtgħu qalbna. Iżda bil-qawwa tiegħu u ta’ Marija Ommna nkunu kapaċi nħobbu ferm aktar milli nobsru!








comments powered byDisqus