• Iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Fondazzjoni Ta’ Kana

  • Ġie ffirmat ftehim ta’ finanzjament għal tliet snin bejn il-Ministru għall-familja, drittijiet tat-tfal u solidarjeta soċjali, Dr Michael Falzon, Mons. Charles Attard id-Direttur ta-Moviment ta’ Kana u l-president tal-Fondazzjoni Ta’ Kana Dr Arthur Galea Salomone, fl-Istitut Kattoliku, sabiex Il-Moviment Ta’ Kana jkun jista’ jkompli jtejjeb l-operat tiegħu fil-qasam tal-counselling għall-familji. Il-ftehim se jiggarantixxi s-somma ta’ €30,000 fis-sena għat-tliet snin li ġejjin, jiġifieri sal-2020.

    Il-Fondazzjoni Kana hija fergħa tal-Moviment Kana li dejjem kellu l-iskop li jġib ‘l quddiem u jsaħħah il-familja. Għal diversi snin, il-Moviment ta’ Kana offra firxa wiesgħa ta’ servizzi edukattivi u terapewtiċi, fosthom servizzi ta’ counselling, family therapy, psikologi, psiko-terapisti, support groups u ħafna servizzi oħra professjonali, dejjem ta’ appoġġ u għajnuna għall-koppji.

    Tul dawn it-tliet snin li ġejjin, il-ministeru se jkun qed jaħdem mal-Fondazzjoni u l-Moviment ta’ Kana sabiex flimkien ikunu jistgħu ikomplu jgħinu lill-familji Maltin jissaħħu. Fi kliem

    il-Ministru Dr Michael Falzon, “aħna kollha kemm aħna is-soċjeta’ u għalhekk hu mportanti li naħdmu flimkien sabiex insaħħu l-familji.” Dan kien ukoll parti mill-messaġġ ta’ Mons. Charles Attard li qal li dan kien avveniment importanti ħafna għal Ta’ Kana u saħaq li kemm Ta’ Kana, kif ukoll il-ministeru għandhom jaħdmu aktar flimkien f’oqsma oħra sabiex ikunu jistgħu itejjbu s-soċjetà flimkien.

    Dr. Michael Falzon feraħ lill-Fondazzjoni għax-xogħol utli li tant jagħmlu b’dedikazzjoni, l-Amministrazzjoni, il-ħaddiema u l-voluntiera li jagħmlu parti mill-Moviment ta’ Kana, kif ukoll

    lil kull min kien involut f’dan il-ftehim u tenna li għal ministeru ukoll din kienet okkażjoni mportanti. Il-Ministru qabel ma’ Mons. Charles Attard u qal li jispera li l-ministeru u Ta’ Kana ikunu jistgħu jaħdmu aktar mill-qrib fil-futur, sabiex flimkien ikunu jistgħu jibnu soċjetà aħjar.

    Mons. Attard qal ukoll li Ta’ Kana hi l-klinika ta’ paċi u sosten għall-koppji u familji li jkunu miġruħa. Għalhekk, skond Mons. Attard, dan l-iffirmar tal-ftehim hu pass ieħor ‘l quddiem

    biex dawn is-servizzi ta’ counselling u family therapy ikunu jistgħu ikomplu jissaħħu.

    Dr Galea Salomone qal li għad li ħafna nies jaħsbu li Ta’ Kana jagħmel biss xogħol fuq preparazzjoni għaż-żwieġ, il-Moviment joffri ukoll għadd ta’ servizzi ta’ counseling u terapija

    tal-familja. Qal ukoll li dawn is-servizzi jiġu ofruti lil kullmin ifittixhom, mingħajr distinzjoni. Hu saħaq li l-Moviment joffri dawn is-servizzi għal donazzjoni u f’każijiet fejn il-klijenti ma jkunux jistgħu iħallsu, dawn is-servizzi jingħataw b’xejn. Saħaq ukoll li ħafna mill-counselors huma voluntiera u jagħmlu dan ix-xogħol mill-qalb u bi professjonalità kbira.








comments powered byDisqus