Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Obituary : Paul Attard
Raġel li ħafer lil martu
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Imħabba Vera Teżisti
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Knisja f’dixxerniment
Awguri !
Biex Siġra titla’ Dritta
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Ġimgħa Żwieġ 2015
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Statement to the Media
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
MERĦBA Mons. Charles Attard
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Tislima lil Mons Mercieca
US Governors Sign Pro-Life Legislation
Over 5.1 million babies born in 2014
Safeguarding Malta’s Catholic roots
Pro-life and pro-family NGOs face unprecedented bias at major UN session
Press Release - Stqarrija għall-Istampa
True Father
The Cohabitation Bill – Some observations
Increase the Birth Rate
Intervista lil Dun Charles Attard Direttur tal-Moviment ta’ Kana
Assemblea Familja fil-Bidu tas-Sena Pastorali 2016-2017
THE SPECTRE OF EUGENICS
IL COSULTORIO E IL CONSULENTE FAMILIARE
VALUES IN A TIME OF UPHEAVAL
Dak li vvinta l-pillola kontraċettiva jitkellem kontrieha
Good, healthy families
MORNING AFTER PILL - Press Release - Stqarrija għall-Istampa
Precautionary principle
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Grazzi Miriam
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016 
  • Imħabba Vera Teżisti

  • Kitba ta’ Ronnie Gauci

    Waħda mara Maltija għaddiet u għadha għaddejja minn esperjenza tremenda li turi kwalità ta’ mħabba verament eċċeżżjonali u sinċiera. Din l-esperjenza għandha sservi ta’ eżempju għall-miżżewġin kollha, speċjalment għall-koppji miżżewġin Maltin; eżempju għal dawk il-koppji li huma għaddejjin minn problemi, inkwiet, mard jew xi sofferenza oħra.

    Hija esperjenza li lili qabbżitli demgħa, ma nistħix ngħid. Hija esperjenza li turi li Żwieġ mibnifuq l-Ispirtu t’Alla jkun jiflaħ għall-maltemp kbir ... anzi kbir ħafna.

    Se nħalli lil dil-Mara ta’ qalb kbira taqsam magħna lkoll din l-esperjenza. Hija ma riditx turi min hi. Nafu biss li hija Maltija bħalna. Ejjew naqraw din l-esperjenzabil-mod ... bil-fidi ... u bl-imħabba.

    “Ħabta u sabta jum wieħed, ir-raġel tiegħi tagħtu puplesija u saħansitra kien fil-periklu tal-mewt. Spiċċa fl-I.T.U. b’ċans kbir li jmutli. Kont inkwetata, qalbi sewda u ħassejtni waħdi... bħal Ġesù fil-Ġetsemani.

    Bdejt nitlob b’qalb ħerqana : “Mulej dan żewġi huwa tiegħek. Int tajthuli u forsi wasal iż-żmien li tieħdu lura. Imma, jekk Inti trid, tista’ tħallihuli naqra oħra. Int tista’ kollox.” Qatt ma ħadtha kontra Alla.

    Meta r-raġel ħareġ mill-I.T.U. ħajti nbidlet kompletament. Sibt li l-maħbub żewġi la seta’ jiekol, jixrob, jitkellem, jilbes, jinħasel, u lanqas jagħmel il-bżonnijiet tiegħu. Kien dipendenti għal kollox .... kollox ... fuq ħaddieħor. Kien hemm min qalli biex indaħħlu f’xi home. Iżda jien ma ridtx. Dak żewġi. Jiena kont ħlift quddiem Alla u quddiem kulħadd li nibqa’ miegħu sa ma l-mewt tifridna.

    Dit-tbatija ressqitni aktar qrib tal-Mulej. Sirt nitlob il-ħin kollu u nkellmu bħall-ħabib tiegħi minn xħin inqum sa xħin norqod. B’xi mod qiegħda anke ngħin lill-oħrajn li għandhom persuna fil-familja b’dizabiltà.  Iva, it-Talb qed jgħinni nikseb il-kuraġġ f’din is-sitwazzjoni. Spiss nitlob xi ħaġa hekk : “Mulej, agħmel li ma mmutx qabel żewġi ħalli dejjem ikollu min jieħu ħsiebu bl-imħabba. U jekk għandu jinqala’ xi ħaġa oħra, tihieli meta nkun waħdi ħalli hu ma jbatix. Erfagħieli għal wara mewtu.’ Spiss ngħidlu ‘Mulej, jiena naf li hemm int se tgħinni.”

    Ir-responsabbilta’ ta’ żewġi qiegħda kollha fuqi. Dan jekk noħroġ u nħallih waħdu mhux se jirribella. Jekk ma naħslux ... ma jistax igerger! Dazgur li jiġu mumenti iebsin ... meta nibki u naħbat se naqta’ qalbi. Mill-ewwel indur lejn Marija Ommi u lejn Ġesù: l-akbar ħbieb tiegħi. Emmnuni meta ngħid li dan iż-żmien ta’ prova, ressaqna lejn xulxin.

    Għalhekk nagħmlilkom appell sabiex tapprezzaw is-Sabiħ kollu li għandkom u rroddu ħajr lil Alla kuljum u kull ħin. Darba waħda kont sejra l-Birgu bir-raġel ġol-wheelchair u kien hemm raġel igerger għax qal li għandu uġigħ kbir f’dahru. Tal-linja kienet mimlija bin-nies.

    Jiena ersaqt lejh u għedtlu : ‘Dejjem ftakar li hawn min hu agħar minnek.’ Weġibni: ‘Mela hawn min hu agħar minni?’ ‘Ħalli nistaqsik 5 mistoqsijiet: Int tiekol u tixrob? Kapaċi titkellem? Inti tilbes waħdek? Tinħasel waħdek? Tmur fejn trid inti?’ Kull darba wieġeb iva. ‘Qed tara kif hawn min hu agħar minnek,’ għedtlu. ‘Ir-raġel tiegħi, dawn l-affarijiet ma jistax jagħmilhom.’ Dak ir-raġel ma qalx kelma oħra.

    Ejjew napprezzaw it-tajjeb us-sabiħ li għandna. Jiena niċċajta mar-raġel tiegħi u nipprova nżommu ferħan. Huwa jirringrazzjani bil-mod tiegħu, bil-ħarsa t’għajnejh, meta nqaxxarlu l-leħja jew naħslu. Jurini li japprezza kulma nagħmel miegħu.

    Kultant ngħid f’qalbi: ‘Imma kif qed jirnexxili nagħmel dawn l-affarijiet kollha? Bilfors li hemm id ikbar li qed tgħinni.’ Iċempluli nies biex nitlob għalihom, u jien noffri l-ġurnata mimlija tbatija għall-bżonnijiet tagħhom. Marbuta ma’ Alla, inħossni nimtela bil-kuraġġ. Meta bdejt dan il-kalvarju 5 snin ilu l-ħbieb kienu jistaqsuni : ‘Issa x’se tagħmel bih? Kif ħa ddur bih? U jekk tkun marida? Jekk jinqala’ xi ħaġa għal għarrieda? Dan mhux piż żejjed?’

    Ikolli ħafna problemi ... ħafna. Inkun għadni kif ħsiltu u biddiltlu u jxarrabli s-sodda. Ikolli nerġa’ naqla’ s-sodda u naħsilha u lilu mill-bidu. Ġieli kien bil-lejl jixxarrabli għasra. Ġieli jtih attakk tal-asthma u jkolli nqum nagħmillu l-magna biex jieħu n-nifs aħjar. Naturalment, intajjar in-ngħas. Jiena norqod ħdejh fis-sodda ħalli jħossni viċin tiegħu. Qiegħda 24 siegħa kollha hawn ġew miegħu.

    Imkien ma mmur mingħajru. Irrid norqod miegħu għax nibża’ li jkun hemm xi ħadd jagħtih xi ħaġa x’jiekol. Jien biss naf kif għandi nagħtih jiekol u jixrob.

    Ftit ilu ksirt idi. Kelli nagħmel 15-il ġurnata l-isptar. Ħadtu miegħi biex ma jbatix. Minħabba fih kelli mmur fi sptar privat. Kienu jaħsluh, ibidlulu u jagħmlulu kollox taħt għajnejja. Tgħidx kemm ħadt affarijiet miegħi: ħrieqi, ħalib, mediċini, walker, wheelchair. Ma tridx taqta’ qalbek mill-ħniena t’Alla. ‘Kienet burraxxka għalija ... u anke għalih. Imma għaddiet ukoll. Issa ... il-futur ... f’idejn Alla!’

    Hawn tagħlaq l-esperjenza ta’ dil-mara kuraġġuża, mara ta’ fidi kbira, mara li taf tħobb tassew. Dak li t-tobba qalu li hu impossibli, din il-mara għamlitu possibli bl-imħabba bla qies li tat lil żewġha. “Miraklu biss jista’ jżommu ħaj,” qalulha. U tassew, l-imħabba ħadmet dak il-miraklu, biex issa, 5 snin wara, ir-raġel għadu ħaj, igawdi l-imħabba ta’ martu.

    Ma nistax ma nsemmix hawnhekk l-att ta’ mħabba li kien wettaw il-kittieb famuż C.S. Lewis ma’ martu meta din kienet ħakmitha lmarda kiefra tal-kanċer. C.S. Lewis kien ateu (ma jemminx f’Alla). Iżda meta kellu madwar 32 beda jemmen u sar membru tac-Church of England. Sar nisrani konvint. Kiteb ħafna kotba, fosthom kotba reliġjużi ta’ valur bħal ma huma “Mere Christianity” u “God in the Dock.” Fl-1956 huwa żżewweġ lil Joy Davidman li kienet 17-il sena iżgħar minnu.

    Għexu flimkien biss għal erba’ snin għaliex Joy mietet bil-kanċer fl-eta’ ta’ 45. C.S Lewis miet 3 snin wara fl-eta ta’ 65. Li laqatni ħafna kien il-fatt li meta dar-raġel kien jara lil martu muġugha ħafna minħabba l-marda li kellha, kien jitlob lill-Mulej biex l-uġigħ ta’ martu jitlaqha u jmur għal fuqu biex hi tkun tista’ tistrih u tikkalma. Hu jistqarr li xi drabi l-Mulej kien jisma’ talbu u uġigħ trement kien ifeġġ f’daqqa waħda f’saqajħ it-tnejn. Dan l-uġigħ kien ikun tant qawwi li kien kważi jaqtalgħu nifsu, u martu kienet torqod trankwilla.

    Dan huwa eżempju ieħor ta’ mħabba mibnijafuq it-tbatija u sagrifiċċju personali. Fiż-żewġ eżempji naraw l-Ispirtu t’Alla fil-koppja miżżewġa. Iva, Alla jagħmel id-differenza fiż-żwieġ. Kif stajna naraw ma jfissirx li għax il-koppja titlob u tiffrekwenta s-sagramenti ma jkolliex problemi, mard u nkwiet. Xejn minn dan. Iżda meta l-koppja tkun marbuta ma’ Alla, hija tirċievi grazzji u għajnuna Divina biex tagħraf kif għandha tiffaċċja dik-is-sitwazzjoni iebsa.

    J’Alla l-koppji kollha li jiżżewġu bis-sagrament taż-Żwieġ ikomplu jgħożżu l-preżenza tal-Mulej miżrugħa fihom dak inhar li żżewġu fuq l-artal quddiem is-saċerdot.








comments powered byDisqus