Post of Administrative Secretary
Awguri u Grazzi Fr Joe!
The heroic priest who died on the Titanic
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Raġel li ħafer lil martu
Changing Times: Impacts of time on Family Life
Who’ll care for our elderly?
Mons. Charles Vella
Laqgħa Ġenerali Annwali tal-GRUPPI FAMILJI NSARA
Imsejħin biex inkunu differenti
Kondoljanzi
Mal-Papa f'Jum San Valentinu
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
Mother & Baby Club Meetings
Grazzi Miriam
Laqgħa tar-Randan mill-Gruppi Familji Nsara
Mum, Dad and Kids
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2014
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016
Imħabba Vera Teżisti
Pope Francis - On the Sacrament of Marriage
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Iż-Żwieġ u l-Familja
Knisja f’dixxerniment
Il-Fundatur jiltaqa' mal-Papa
No Man is an Island
Awguri !
Quddiesa għall-Għarajjes
Dan kollu għalfejn?
Biex Siġra titla’ Dritta
Jiena Nemmen ...
Love, sex and marriage in liberal societies
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
L-Imħabba
Ġimgħa Żwieġ 2015
Feed the life, nourish life and sustain the family
Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?
Archive
Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Amoris Laetitia - The Joy of Love
Obituary : Paul Attard
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Servizz tal-Qrar
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara 

  • Imsejħin biex inkunu differenti

  • There is a difference between building a home and building a house;
    Being faithful to a spouse and simply staying married to the same person;
    Being a good driver and never having an accident;
    Upholding laws and fulfilling the law.


    Minn : Dun Joe Mizzi

    Dahla


    1.    Min ser jaghtina l-qawwa biex inkunu differenti?  Min ser jghina nghixu ta’ nsara tassew? Kif ghandna nkunu differenti?  Billi nkunu superjuri u mkabbra fuq l-ohrajn jew billi nkunu nsara awtentici u genwini?

    2.    Jien ma nistax nohloq lili nnifsi; jien ma nistax naghti l-hajja lili nnifsi;  Jien il-hajja nirceviha dejjem minghand l-iehor, il-genituri, zewgi/marti, hbiebi, Alla l-imbierek; jien ma nistax nibqa maghluq fija nnifsi; ma nistax nibqa’ izolat; jien zgur li rrid ninfetah ghal Alla jekk verament irrid nghix.

    3.    Irrid nintelaq fil-misteru ta’ Alla, li jrid jidhol f’relazzjoni ta’ mhabba mieghi.  F’din ir-relazzjoni Alla ma jridx jisraqli l-libertà tieghi, anzi jrid jaghmilni izjed liberu.

    4.    Bid-dnub jien inkun qed ninqata’ minn kull xorta ta’ relazzjoni ma’ Alla, mal-ohrajn u mieghi innifsi.  Id-dnub huwa l-qerda/tmiem ta’ kull relazzjoni.  Bid-dnub inkun qed naghmel lili nnifsi Alla.

    5.    Kultant nahsbu li d-dnub ma jezistix, jezistu biss problemi u nies li jfasslu u jippjanaw hazin u allura l-problemi nistghu insolvuhom permezz ta’ hafna esperti, rapporti u kumitati.  Hekk helu helu d-dnub sparixxa u mieghu sparixxa wkoll Alla.

    6.    Sincerament nahseb li minghajr Alla ma nistghux insibu lilna nfusna.  Minghajr Kristu ahna ser inkunu dejjem wahedna u bla konsolazzjoni.  Kristu biss huwa dak li ser jehlisna mid-dnub; mix-xewqat foloz taghna u minni nnifsi.

    Zvilupp

    7.    Mod sabih kif Alla jaghtina l-qawwa biex nghixu huwa permezz tad-doni tal-Ispirtu s-Santu li nixtieq li niskopruhom ftit aktar flimkien,wiehed wiehed.  Dawn huma:  gherf, fehma, kunsill, qawwa, xjenza, pietà  u biza’ ta’ Alla.  San Gwanni Pawlu II jghallimna li l-Ispirtu s-Santu huwa l-Persuna Mhabba, (ghax il-Missier huwa li jhobb, l-iben huwa l-mahbub u l-Ispirtu s-Santu huwa l-imhabba) id-don mhux mahluq, l-ghajn tal-ghotjiet kollha li jigu minn Alla fl-ordni tal-holqien (DV 50).  Mela altru li ghandna bzonnu l-Ispirtu s-Santu jekk ahna rridu nhobbu tassew!

    8.    Gherf.  Permezz tad-don tal-gherf ahna nistghu niskopru aktar d-doni ta’ Alla maghna; naghrfu li ahna kreaturi u hu kreatur, naghrfu kemm tana affarijiet, fuq kollox tana lil xulxin bhala rigal.  Ghalhekk nistaqsi, kemm qed nara lill-iehor bhala l-isbah rigal li Alla tani.  Ftakar li aktar kemm ircevejt aktar ser ikun mitlub minnek.  Staqsi ftit, qed niehdu lil xulxin for granted, qed nitraskuraw lil xulxin, qed ninsew lil xulxin, qed inwarrbu lil xulxin, facli nispicca married singles minflok inkunu a married couple.

    9.    Dan id-don ser jghina niggieldu kontra l-kburija/suppervja fejn nahseb li jien m’ghandi bzonn hadd, li jien nista’ nkampa wahdi anke minghajr Alla.

    10.    Fehma.  Permezz tal-fehma l-Mulej jaghtina mohh li jifhem it-tajjeb mill-hazin.  Jghini naghraf li wiehed ma jistax ikun bniedem jekk ma jirbahx lilu nnifsu, jekk ma jichadx lilu nnifsu, jekk ma jikkontrollax lilu nnifsu, inkella jispicca biex jitlef lilu nnifsu.  ‘Jekk il-habba tal-qamh ma taqax fl-art u tmut hi tibqa wahedha izda jekk tmut taghmel hafna frott’ (Gw).

    Kemm ghandna bzonn din il-fehma biex naghraf tajjeb x’inhu dak li jghaqqad min dak li jifred; x’inhu dak li jiswa minn dak li jiswiex biex jibni.

    Kemm ghandna bzonn li nifhmu tajjeb x’responsabiltà kbira ghandi f’ghemili u fi kliemi, ghalhekk irrid naghraf sewwa x’qed nghid, x’qed naghmel, x’qed infittex, fejn qed inkun etc.

    11.    Ahna nhaddnu d-don tal-fehma kull meta naqraw il-Kelma ta’ Alla, biex hekk nidhlu fil-fond taghha u naplikawha ghalina fic-cirkostanzi kollha ta’ hajjitna. Din iddawwal lilna biex naslu biex nifhmu l-verità u naghmluha.

    12.    Dan id-don ser jghina niggieldu kontra l-ghira fejn ma nibqax nara lill-iehor b’ghajn sabiha izda biss bhala ghadu tieghi, f’kompetizzjoni mieghi.

    13.    Il-Kunsill huwa l-ghaqal, ta’ dak li ghandi naghmel, i.e.  right practical reason.  Sawlu fit-triq ta’ Damasku staqsieh lill-Mulej, ‘X’ghandi naghmel Mulej?’(Atti).  Il-laqgha tieghu ma’ Kristu rxoxt taghtih dawl gdid u hajtu issa tiehu direzzjoni gdida ghal kollox.  Dan id-don tal-Ispirtu s-Santu jghinna naraw sewwa x’ghandna naghmlu, biex ma nkunux pruzuntuzi u ma nghagglux fil-gudizzji li naghmlu.  Dan jghina nkunu kapaci naghtu pariri tajba lil xulxin u nkunu sodi fil-fehma li naghmlu l-gid.  Dan id-don ser jghina wkoll naghrfu u naqraw tajjeb is-sinjali taz-zminijiet.  Ic-cirkostanzi f’hajjitna jimbidlu, ahna nimbidlu u allura anke issa l-holm/xewqat taghna m’ghadhomx l-istess.  Xi jrid minna l-Mulej issa, f’dawn ic-cirkustanzi li ninsabu fihom hawn u issa?

    14.    Permezz tal-Kunsill ahna nitghallmu li ghandna bzonn min imexxina u jurina t-triq fil-hajja spiritwali taghna u fil-hajja morali taghna.  Il-hajja morali tajba skond il-Kelma ta’ Alla m’hijiex xi piz ghan-nisrani, m’hijiex xi haga biex tifgani/tohnoqni.  Anzi hija dik li lili ser tharisni u ser izzomni verament bniedem.  Hija dik il-qawwa li ser tghini biex ma nsirx skjav/lsir tieghi innifsi izda nibqa’ tassew hieles.

    15.    Dan id-don ser jghina niggieldu d-dnub tar-rabja fejn jien nammetti li ghandna bzonn dejjem nibdew mill-gdid u bil-kalma kollha naraw sewwa x’ghandna naghmlu.  Bir-rabja zgur li ma naghmlux l-affarijiet sewwa ghax kif jghidu, ‘ma tibqax tara’.

    16.    Qawwa.  Minhabba d-dghufija umana taghna nehtiegu d-don tal-qawwa biex naghmlu dak kollu li l-Mulej irid minna.  Il-qawwa tghinna biex niccahdu u naghmlu sagrificcji kemm biex nirbhu t-tentazzjonijiet kif ukoll biex nibqghu sodi nikkontrollaw il-gibdiet li jiguna u nahkmu tajjeb l-istinti taghna.  Permezz tal-qawwa l-ispirtu s-santu jwettaqna fil-waqtiet difficli tal-hajja u fil-provi li nhabbtu wiccna  maghhom, jum wara l-iehor.  Min minna ma jkollux mument, fejn jistaqsi, ‘imma jien x’qieghed naghmel hawn?, jien x’xbajt hawn gew!; Min minna ma jiguhx tentazzjonijiet li jitlaq u jsib iehor/ohra?  You chose your love now love your choice.  Il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu tghinna biex nipperseveraw, biex nibqghu hemm, nibqghu nemmnu f’xulxin, ghax nafu li Bloom where you are planted.  We are called to flourish and not just surviving.  

    17.    Dan id-don ser jghina biex nirbhu l-gibdiet mhux ordinati taghna, bhal kilba zejda ghall-ikel u ghax-xorb, i.e. il-gula.

    18.    Xjenza.  Dan id-don ser jghina biex naghtu gudizzju fid-dawl tar-rieda ta’ Alla, cioe’, fuq l-affarijiet ta’ madwarna bl-ghajnejn ta’ Alla.  Dan huwa d-don tad-dixxerniment li ser jghini naghraf ahjar x’irid Alla minni.  L-ahjar mod kif tinvesti fiz-zwieg huwa billi tikber int.  Ghalhekk kompli staqsi imma kif nista’ nkun ragel mizzewweg ahjar, mara mizzewga ahjar? Missier ahjar? Omm ahjar?

    19.    Dan id-don ser jghini nirbah id-dnub tax-xehha u tar-reghba, u jghina nafdaw aktar irwiehna f’idejn Alla.

    20.    Pietà.  Permezz tal-pietà ahna ser nikbru f’attegjament ta’ adorazzjoni lejn Alla.  Nikbru fl-imhabba taghna lejh u fl-ghotja taghna lilu u naghtuh il-gieh u l-qima li jisthoqqlu.  Dan ser jghina biex inzommu dejjem il-prezenza ta’ Alla f’hajjitna, u fid-dar taghna. Jghinna nzommu klima ta’ talb, ghax kif jghid S. Pawl, ‘ahna lanqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma l-ispirtu stess jidhol ghalina bit-talb tieghu, bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem’ (Rum).  Ftakru fil-couple’s prayer.

    21.    Dan id-don ser jghini biex nirbah id-dnub tal-ghazz, li hu missier il-vizzjijiet kollha, sabiex jien ma nintelaqx izda nibqa’ dejjem konxju tal-prezenza ta’ Alla.

    22.    Biza’ ta’ Alla.  Tajjeb niddistingwu bejn il-biza’ servili ghax nibza’ mill-kastig, ghax nibza’ li naqlaghha u l-biza’ filjali dak li jgeghlni nahrab id-dnub ghax dan joffendi lil Alla.  Jien lil Alla ma rridx nonqsu, ma rridx noffendih ghalhekk ser naghmel min kollox biex inhobbu.  Kittieb antik, Origene jikteb li, ‘jekk irridu li Alla jsaltan fina, jehtiegli b’ebda mod ma nhallu d-dnub isaltan f’dan il-gisem taghna li jmut, izda mmewtu l-membri taghna u dak kollu li hu tal-art, biex naghmlu l-frott tal-ispirtu; hekk Alla jimxi gewwa fina bhallikieku f’gheden spiritwali, u jsaltan fuqna hu wahdu flimkien ma’ Kristu, li joqghod fina fil-leminija tal-qawwa ta’ Alla, li nixtiquha fina u joqghod sa ma l-ghedewwa kollha tieghu, li jinsabu fina, isiru mirfes taht riglejh, wara li fina jkun qered kull hakma u kull setgha u kull qawwa’.  

    23.    Dan id-dnub ser jghini nirbah id-dnub taz-zina, sabiex jien nghix safi u kast kif iridni l-Mulej skond il-vokazzjoni tieghi.

    Gheluq

    24.    Permezz ta’ dawn id-doni ahna ser insiru nsara gharajjes/mizzewgin mhux biss tal-isem imma Nsara li naghmlu differenza fil-Knisja u fis-socjeta’.  Nsara li nsiru melh, dawl u hmira ghal din l-art.  Nsara differenti li ma nhallux il-hazen isaltan fuqna u fina. Permezz tad-doni ahna mhux ser inhallu l-acedia tidhol il-gewwa, i.e. mhux ser inhallu titrabba fina t-telqa ghall-hwejjeg spiritwali, i.e. ghal Alla.

    25.    Huwa l-ispirtu biss ta’ Alla, li bis-seghba doni tieghu, ser jaghtina l-qawwa vera biex nghixu tassew l-impenji taghna kif ukoll biex inkun tassew bniedem shih (bhala persuna) fuq ix-xbiha ta’ Alla, u bhala koppja nkunu ritratt sabih, billboard car u kbir tal-imhabba ta’ Alla.









comments powered byDisqus