Awguri u Grazzi Fr Joe!
The heroic priest who died on the Titanic
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Raġel li ħafer lil martu
Changing Times: Impacts of time on Family Life
Who’ll care for our elderly?
Mons. Charles Vella
Laqgħa Ġenerali Annwali tal-GRUPPI FAMILJI NSARA
Imsejħin biex inkunu differenti
Kondoljanzi
Mal-Papa f'Jum San Valentinu
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
Mother & Baby Club Meetings
Grazzi Miriam
Laqgħa tar-Randan mill-Gruppi Familji Nsara
Mum, Dad and Kids
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2014
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016
Imħabba Vera Teżisti
Pope Francis - On the Sacrament of Marriage
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Iż-Żwieġ u l-Familja
Knisja f’dixxerniment
Il-Fundatur jiltaqa' mal-Papa
No Man is an Island
Awguri !
Quddiesa għall-Għarajjes
Dan kollu għalfejn?
Biex Siġra titla’ Dritta
Jiena Nemmen ...
Love, sex and marriage in liberal societies
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
L-Imħabba
Ġimgħa Żwieġ 2015
Feed the life, nourish life and sustain the family
Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?
Archive
Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Amoris Laetitia - The Joy of Love
Obituary : Paul Attard
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Servizz tal-Qrar
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families 

  • Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin

  • minn Ronnie Gauci

    Fil-ktieb tiegħu “Your life is worth living”, l-Isqof Fulton Sheen jirrakonta esperjenza vera li ġrat f’Pariġi. Minn din l-istorja joħroġ ċar il-messaġġ li: “Ir-raġel jitqaddes permezz ta’ martu u l-mara titqaddes permezz ta’ żewġha.”

    Għall-ħabta tal-1900 tfajla kattolika Franċiża, li kien jisimha Elisabeth, iżżewġet tabib jismu Dr. Felix Leseur li kien ateu. Barra li kien tabib kien editur ta’ gazzetta antiklerikali li kienet titqassam f’Pariġi. Biex tissaħħaħ fil-fidi tagħha Elisabeth bdiet tistudja u taqra ħafna kotba spiritwali. Bi sfida u nkejja Felix beda jixtri kotba kontra r-reliġjon. Din kienet tassew sitwazzjoni kurjuża. Tnejn min-nies, li kienu jħobbu u jirrispettaw lil xulxin, imma l-fehmiet reliġjużi tagħhom kienu opposti għal kollox.

    Dil-mara twajba kienet titlob kważi kontinwament biex żewġha jikkonverti. Għaddew is-snin u Elisabeth tatha ġewwa li żewġha baqa’ bl-istess fehmiet tiegħu. Marda kiefra  ħakmitha u xeħtitha fis-sodda. Kienet marda li twassal għal mewt. Waqt din it-tbatija kbira Elisabeth talbet lil Alla għal konverżjoni ta’ żewġha. Kienet toffri kollox fis-skiet biex Felix idur lejn il-Mulej. Meta kienet waslet fl-aħħar daret lejn żewġha u qaltlu: “Felix, meta mmut, int issir Kattoliku u wara ssir patri Dumnikan.” Tat l-aħħar nifs u marret tiltaqa’ mal-Ħallieq tagħha.

    Quddiem il-mewt ta’ martu, Felix baqa’ mħawwad. Jum wieħed waqt li kien qed iqalleb il-karti personali ta’ martu, ġie f’ idejh it-testment spiritwali tagħha. Felix qara b’ interess dak li kitbet martu. Hija kienet talbet lil Alla biex jippermettilha marda u tbatijiet biżżejjed biex bihom hi tikseb il-konverżjoni ta’ żewġha. “Nixtieq li bil-marda tiegħi jien nħallas il-prezz tal-fidwa ta’ żewġi Felix.” Fit-testment tagħha, Elisabeth spiċċat tikteb hekk: “Fil-ġurnata meta mmut, inkun ħallast il-prezz kollu. Naċċertak li int imħallas għal kollox. M’hemmx imħabba akbar minn din, li mara jista’ jkollha, minn dik li tagħti ħajjitha għal żewġha.”

    It-tabib Felix baqa’ mistagħġeb meta nduna li martu kienet offriet l-istess ħajjitha għalih. Biex jinsa ftit mid-dwejjaq u l-vojt li ħallietlu martu, hu għamel vjaġġ fi Franza. Ġo fih beda jħoss il-vuċi ta’ martu tgħidlu biex iżur Lourdes. Mingħajr ma jaf kif telaq u mar Lourdes, aktar b’ kurżità milli bil-fidi.

    Quddiem il-grotta ta’ Lourdes ħassu jinbidel. Quddiem il-Madonna rċieva d-don tal-fidi. Ħassu jinbidel kompletament. Il-konverżjoni ta’ Dr. Felix Leseur kienet xokk kbir għal ħbiebu kollha!

    L-Arċisqof Fulton Sheen jispiċċa din il-ġrajja mqanqla b’esperjenza personali. Mela fl-1924 huwa mar jagħmel irtir f’kunvent tad-Dumnikani fil-Belġju. Kuljum patri Dumnikan kien jagħmlilhom konferenza għal kważi siegħa sħiħa. Tistgħu taħsbu x’ sorpriża kbira kienet għal dawk kollha preżenti meta saru jafu li dak il-patri bravu u qaddis ma kien ħadd ħlief it-tabib Felix Leseur, li kien ikkonverta bis-saħħa tat-talb u t-tbatija ta’ martu Elisabeth!

    Fiż-żwieġ nisrani, il-miżżewġin iqaddsu lil xulxin!








comments powered byDisqus