• Jien Magħkom Dejjem

  • Fi ħdan il-Moviment ta’ Kana nsibu l-grupp għall-koppji Jien Magħkom Dejjem. Fil-grupp jiltaqgħu koppji għarajjes li waslu biex jiżżewġu kif ukoll koppji miżżewġin friski.

    L-għan tal-grupp hu li jgħin lill-koppji jippreparaw ruħhom aħjar għall-ħajja miżżewġa u fil-każ tal-miżżewġin ġodda biex joffri sostenn lill-koppji u biex isaħħu r-relazzjoni tagħhom fil-ħajja taż-żwieġ. Dan isir permezz ta’ laqgħat ta’ kull xhar, seminars u live-ins u jikkumplimenta bis-sħiħ il-Kors għat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani. Il-Laqgħa ssir il-Ħadd filgħodu kull xahar fl-Iskola ta' Sant'Agata r-Rabat u tibda bil-quddiesa tal-Ħadd fid-9.30am. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-grupp kellmu lil koppja Marthese u Philip Attard :

    mob : 79450839 ; email : jienmagħkomdejjem@gmail.com.

    Agħfas hawn għall-programm tas-sena 2016.



  JMD-2016.145950773358.pdf




comments powered byDisqus