Post of Administrative Secretary
Awguri u Grazzi Fr Joe!
The heroic priest who died on the Titanic
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Raġel li ħafer lil martu
Changing Times: Impacts of time on Family Life
Who’ll care for our elderly?
Mons. Charles Vella
Laqgħa Ġenerali Annwali tal-GRUPPI FAMILJI NSARA
Imsejħin biex inkunu differenti
Kondoljanzi
Mal-Papa f'Jum San Valentinu
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
Mother & Baby Club Meetings
Grazzi Miriam
Laqgħa tar-Randan mill-Gruppi Familji Nsara
Mum, Dad and Kids
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2014
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016
Imħabba Vera Teżisti
Pope Francis - On the Sacrament of Marriage
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Iż-Żwieġ u l-Familja
Knisja f’dixxerniment
Il-Fundatur jiltaqa' mal-Papa
No Man is an Island
Awguri !
Quddiesa għall-Għarajjes
Dan kollu għalfejn?
Biex Siġra titla’ Dritta
Jiena Nemmen ...
Love, sex and marriage in liberal societies
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
L-Imħabba
Ġimgħa Żwieġ 2015
Feed the life, nourish life and sustain the family
Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?
Archive
Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Amoris Laetitia - The Joy of Love
Obituary : Paul Attard
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Servizz tal-Qrar
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara 

  • Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ

  • (Kelmtejn ta’ nannu .... )

    Minn Ronnie Gauci

    Dawk li jieħdu sehem f’maratona tal-ġiri jagħmlu xhur sħaħ jippreparaw għal din it-tellieqa twila u skabruża. Jagħmlu ħafna sagrifiċċji biex meta jasal dak il-jum tal-maratona jkunu fl-aqwa tagħhom. Intom ukoll għeżież għarajjes, batejtu ferm biex wasaltu s’hawn. Min jaf kemm sagrifiċċji żgħar u kbar għamiltu biex ippreparajtu l-bejta tagħkom u anke biex ħsibtu għal dan il-jum qaddis. Żgur li bħal issa f’qalbkom qegħdin tgħidu: “Għandek raġun biex tbiegħ!”

    U issa ... fl-aħħar ... il-jum li tant kontu qed tistennew b’ħerqa kbira ... wasal! Imdawrin bil-qraba, u l-ħbieb, quddiem is-Saċerdot li qiegħed minflok Ġesù, intom ġejtu hawn biex tiddikjaraw quddiem kulħadd illi tixtiequ twiegħdu imħabbitkom lil xulxin ... għal dejjem ... sakemm il-mewt tifridkom.

    U dan huwa l-bidu tal-maratona tagħkom. Dak li għamiltu s’issa kien it-training. Dal-jum mhuwiex it-tmiem ... iżda l-bidu tal-maratona għażiża tagħkom. Illum huwa l-bidu tal-mixja qaddisa li nsejħulha Żwieġ Nisrani. Huwa vera li dil-mixja forsi ilha diversi snin li bdiet. Iżda llum huwa l-Jum Uffiċjali u solenni tal-Bidu propja tagħha. Illum huwa l-bidu propja tat-tellieqa. L-atleta jagħmel ħiltu kollha biex jiġi minn ta’ quddiem nett ... u jisforza ... u jilheġ u jbati ... u ġismu jinkesa bl-għaraq ... u jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jaqtà figura tajba u jirbaħ ukoll.

    U intom ukoll se tagħmlu dil-maratona qaddisa flimkien, li se ġġib magħha xi ftit tat-tbatija ... m’hemmx dubju. Imma fil-waqt li l-atleta jbati waħdu ... intom se tkunu flimkien biex twieżnu lil xulxin, titolbu għal xulxin, terfgħu ‘l xulxix meta wieħed minnkom jogħtor jew jaqa’. Flimkien taslu ... flimkien tirbħu żgur ... u l-premju? Il-premju huwa l-ferħ u l-paċi li Alla biss jista’ jagħti. Le, mhux il-ġid materjali huwa l-premju. Iżda l-armonija, il-paċi tal-qalb u tal-moħħ u l-ferħ interjuri huma l-premju ta’ Żwieġ Nisrani.

    Kemm hemm miżżewġin li għandhom l-isbaħ villa, l-aqwa kumditajiet, jistgħu jsiefru spiss ... iżda mbagħad neqsin mill-aqwa affarijiet li kull bniedem jixtieq fil-qiegħ nett ta’ qalbu i huma ... l-għaqda u l-imħabba vera tal-miżżewġin. Jgħixu f’kesħa kbira tal-qalb. Mela l-premju tagħkom, għeżież għarajjes, il-premju li tridu taħdmu għalih huwa dan: l-imħabba vera u sinċiera lejn xulxin, imħabba mimlija rispett, mogħdrija u paċenzja, imħabba li jkun fiha l-għaqda fil-moħħ, fil-qalb, fil-ġisem u fir-ruħ tagħkom it-tnejn.

    Intom qiskom għasfur b’ġewnaħ wieħed! Ittiru biss jekk iżżommu sew ma’ xulxin!.... ftakruħ sew dal-ħsieb ħbieb tiegħi! Flimkien ittiru ‘l-fuq ‘il fuq. Anke jekk il-maltemp jassedjakom ... flimkien xorta ttiru fl-għoli!

    Forsi tidher naqra stramba din li l-miżżewġin ikunu magħqudin fir-ruħ. Iżda bis-Sagrament taż-Żwieġ intom mhux biss għażiltu li tqaddsu l-għaqda ta’ ġisismkom, moħħkom u qalbkom, iżda permezz ta’ dan is-Sagrament inti wkoll responsabbli ta’ ruħ żewġek ... ta’ ruħ martek. Għalhekk mela qisu li tgħinu ‘l xulxin mhux biss fl-affarijiet tal-ġisem imma anke fl-affarijiet tar-ruħ.

    Intom qed tiżżewġu f’dan is-Sagrment biex issiru qaddisin permezz tiegħu. Intom strument ta’ qdusija għal xulxin, tinsewx.

    L-imħabba tal-miżżewġin hija waħda esklussiva, jigifieri m’hemmx post għal terzi persuni fiż-Żwieġ. Dan  ma jfissirx li ma tħobbx lill-ġenituri, lil ħutek, lill-ħbieb jew lill-proxxmu tiegħek. Xejn minn dan. Iżda hemm imħabba ... u imħabba. Naħseb qd tifhmu x’qed nipprova ngħid. Marti jew żewġi issa jrid ikollha jew ikollu l-ewwel post fuq kollox u fuq kulħadd. Tħallu lil ħadd jidħol ġo dan is-Santwarju għażiż ta’ mħabbitkom. Lil ħadd ħlief ...

    Għax sakemm l-imħabba tal-miżżewġin hija waħda singulari u esklussiva ... xorta jibqa’ post għal xi ħadd ieħor! U dan ix-xi ħadd huwa Ġesù, l-Iben t’Alla, li sar bniedem bħalna f’kollox barra mid-dnub. Ġesù huwa dak is-siment li jgħaqqad ġebla ma’ oħra u li jżomm il-bini kollu fuq saqajh. Tistgħu timmaġinaw bini bla siment? Ma jżommx wieqaf. Jonfoħ ir-riħ qawwi u jfaqqa’ l-maltemp u l-bini jiġġarraf. Ferm diffiċli biex żwieġ jirnexxi mingħajr l-Ispirtu t’Alla ... ferm diffiċli ... l-aktar illum meta ż-Żwieġ Nisrani jinsab assedjat minn kullimkien! Mingħajr il-preżenza t’Alla fid-dar ikun hemm : taħwid  ... konfużjoni ... nervi ... u tensjonijiet.

    Ma jfissirx li l-koppja li jkollha ‘l Alla fil-familja ma jkollhiex problemi, biki, mard u diżappunti. Xejn minn dan. Iżda l-koppja marbuta m’Alla tixxarrab, iva, iżda tegħreq LE. Illum, għeżież għarajjes, inħeġġiġkom biex tifhmuha tajjeb din. Iddeciedu flimkien issa stess, li tħallu post għal Ġesù fid-dar tagħkom. Agħmlu kollox b’sens ta’ Talb u tifħir lil Alla ... u meta ngħid kollox ifisser KOLLOX.

    Iva, anke l-intimità tagħkom hija xi ħaġa qaddisa u kull meta tersqu lejn xulxin biex tesprimu mħabbitkom bir-rispett u bis-sinċerità, il-Mulej jifraħ; il-Mulej ikun igglorifikat. Alla huwa romantiku ferm aktar milli naħsbu aħna! Kemm għandna ideja fqira ta’ Alla! Kemm idejat żbaljati jaħasra. Nistieden lil kull min għandu Bibbja biex meta jkollu ċans jiftaħha u jaqra “L-Għanja Tal-Għanijiet” li hu meqjuż bħala wieħed mill-kotba ta’ l-Għerf. Propju li Alla jinqeda bl-imħabba tbaqbaq ta’ tnejn miżżewġin bħala tixbiha tal-imħabba tiegħu lejn il-poplu magħżul tiegħu u lejn kull wieħed u waħda minna.

    Issa ħalli nikkwota mill-ewwel ittra tal-Korintu. Isimgħu ftit x’kiteb San Pawl fuq l-intimità tal-miżżewġin (1Kor. VII 3-5) u nixtieqkom li tifhmuhom sew. Kiteb hekk San Pawl : “Ir-raġel għandu jagħti lil martu li jmissha, hekk ukoll il-mara lil żewgħa. Il-mara m’għandiex dritt fuq ġisimha iżda żewġha fuqha. Hekk ukoll ir-raġel ma għandux dritt fuq ġismu iżda martu fuqu. Iċċaħdux lil xulxin minn xulxin; jekk ma tkunux ftehemtu minn qabel għal xi żmien, biex tagħtu ruħkom għat-Talb u mbagħad terġgħu bħalma kontu qabel, sabiex ma jittentakomx ix-xitan jekk ma tkunux tifilħu żżommu.”

    Forsi dal-kliem mill-Iskrittura Mqaddsa qatt ma smajtuh qabel. Kliem miktub 2,000 sena ilu li hu tant addatta għaż-żmien tal-lum ukoll, hux vera? Naħseb li huwa kliem ċar biżżejjed u li jinftiehem. Mela intom għeżież tiegħi għandkom responsabbiltà kbira lejn xulxin. Intom l-aktar persuna li tista tferraħ lill-persuna l-oħra.

    “Inti (lir-raġel) l-aktar peruna li tista’ tferrah lil martek ... u inti l-aktar persuna li tista’ tweġġa’ lil martek.”

    “Inti (lill-mara) l-aktar persuna li tista’ tferrah lil żewġek ... u inti l-persuna li l-aktar li tista’ tweġġa’ lil żewġek.”

    Din hija responsabbilta’ kbira għalikom it-tnejn.

    Araw li jkollkom farka “sens of humour fil-ħajja miżżewġa tagħkom. Waħda mara kienet tħobb tkanta waqt il-faċendi pero kellha vuċi ta’ serduk miskina. Allura kull meta żewġha kien ikun id-dar u din taqbad tkanta kien ikun pront u joħroġ rasu ‘l barra mit-tieqa. Darba martu staqsietu: “Għaliex meta nibda nkanta inti toħroġ rasek il-barra mit-tieqa?” Weġibha: “Biex il-ġirien jkunu jafu li mux jien qed inkanta!”

    Il-gdiedem sajruhom minestra. Agħmlu ħilitkom biex kuljum tibdew paġna ġdida bi tbissima; jum ġdid ... ħajja ġdida ... il-bieraħ għadda u miet ... inħarsu l-quddiem u mhux lura. Naf li m hux faċli xi drabi ... iżda jeħtieġ li nagħmlu sforz u nitolbu ‘l Alla jgħina.

    Iva, biex iż-żwieġ jirnexxi meħtieġ sforz ... u kultant anke sforz kbir, għax iż-żwieġ ma jirnexxiex wħdu. Jirnexxi biss jekk irridu tassew li jirnexxi. Irridu nagħmlu deċiżjoni kuljum: “Jien irrid li ż-żwieġ tiegħi jirnexxi ... jiġri x’jiġri.” Mingħajr din id-deċiżjoni soda ta’ kuljum, iż-żwieġ jsofri u jiddgħajjef. Inti tiżżewweġ b’moħħok u mhux b’qalbek. Jiġifieri ż-żwieġ ma jserraħx fuq dak li tħoss iżda fuq dawk il-prinċipji soda tal-fidi tagħna.

    Jista’ jiġi żmien, twil jew qasir, fejn l-imħabba u l-ġibda ta’ bejn il-miżżewġin tibred jew ftit jew ħafna. Allura ninfirdu għax mżgħandna nħossu xejn għal xulxin?

    Hawn jidħol il-moħħ. Aħna qed niddeċiedu llum li ż-Żwieġ tagħna huwa permanenti, allura mela nagħmlu ħilitna u nużaw il-mezzi kollha possibli, nitolbu l-għajnuna t’Alla, biex imħabbitna terġa’ tixgħel mill-ġdid. Xejn ma togħġobni dik li nibqgħu flimkien minħabba t-tfal. Dik mhix soluzzjoni. Nibqgħu flimkien għax jien irrid inqatta’ ħajti miegħek ... u inti trid li tqatta’ ħajtek miegħi ... sa ma l-mewt tifridna. Bewsa tgħanniqa, xi rigal żgħir, żewġ fjuriet, xi ikla romantika, ... wieħed juża l-immaġinazzjoni tiegħu.

    Dażgur li mhux daqshekk faċli u sempliċi kultant. Iżda meta l-baħar jitqawwa u l-irwiefen ikunu donnhom se jkissru ż-żwieġ tagħkom : fittxu l-għajnuna. Iftħu qalbkom ma’ saċerdot; hemm il-Moviment ta’ Kana li joffri diversi servizzi bla ħlas; u fuq kollox ersqu lejn Alla ... bit Talb u bis-Sagramenti speċjalment l-Ewkaristija.

    Ftakru li meta żżewwiġtu kontu tlieta u mhux tnejn biss! “Three to get married” kien jgħid l-Isqof Fulton Sheen. Meta iżżewitġtu kontu intom u Ġesù. Meta iżżewwiġtu kontu intom u Ġesù. Mela ixħtu fuqu l-problemi kollha tagħkom, iggranfaw miegħu spiss bil-lejl u bi nhar u taraw li jfeġġ id-dawl wara d-dlam.

    Bilħaqq, ma rridx li nħalli waħda Mara li llum qed tħares lejkom b’imħabba kbira Ta’ Omm. Iva hawn qiegħda. Hawn fuq l-altar. Għax fejn hemm Ġesù hemm Marija wkoll. Daħħluha f’darkom lil din l-Omm setgħana; agħtuha post f’ħajjitkom. Jaqblilkom! Ħafna jaqblilkom. Ilkoll nafu x’għamlet fit-Tieġ ta’ Kana. L-anqas l-għarajjes ma kienu jafu li naqashom l-inbid! U safrattant qabdet u ndħlet biex issalva lil dik il-koppja minn mistħija kbira. Hija sensittiva ferm għal ħtiġijiet tagħna. Hija s-Sultana mhux biss tal-ħolqien kollu. Imma ferm aqwa minn hekk. Hija s-Sultana tal-Qalb ta’ Ġesù. Mela kull ma titlob Marija lil binha hija taqilhu bla tlaqliq ta’ xejn! Hija kapaċi tħoll l-għoqiedi l-aktar ħoxnin u kkumplikati li jista’ jkollna.

    Minn qalbi nawguralkom żwieġ mimli b’dak kollu li tixtieq qalbkom. Ftakru fiha spiss dil-ġurnat għax dan jum ferm importanti għalikom. Ilkoll kemm aħna li qegħdin hawn, aħna xhieda a’ dak li qed twiegħdu lil xulxin illum.

    Qisu li żżommu ż-Żwieġ tagħkom sabiħ, nadif u ‘in good condition’ kif ngħidu bl-Ingliż. Dik il-bewsa qabel toħroġ għax-xogħol; kliem bħal: “Grazzi,” “Sorry,” “Żbaljajt taf,” “Aħfirli jekk weġġajtek,” “Prosit dear” nistħajilhoom dik in –niskata melħ fil-borma tal-ikel. La tistħux iżżommu jdejn xulxin meta tkunu barra mid-dar. Bdawn l-affarijiet żgħar iż-Żwieġ jibqa’ frisk u u ma jitbielx.

    Tal-aħħar! La tkunux goffi ma xulxin. Anke meta targumentaw. Qatt tkunu goffi ma xulxin. Araw li qatt ma jonqos ir-rispett bejnietkom.

    Minn qalbi nixtiqilkom Żwieġ hieni mimli paċi, ferħ u barka tal-Mulej.

    Il-Mulej iberikkom.








comments powered byDisqus