
















































Knisja f’Dixxerniment
- kitba - Dun Joe Mizzi
1 - DAHLAIl-familja hija l-futur tal-umanità. Hadd ma jista jghix minghajr familja. Hadd ma jista’ jghix wahdu. Il-familja hija patrimonju tal-umanità li trid tigi mharrsa u sostnuta kontinwament.
Il-familja hija wisq ghal qalb il-Knisja. Is-Sinodu straordinarju tal-Isqfijiet li sar f’Ruma f’Ottubru 2014 tana missjoni cara. Stedinna biex matul din is-sena li gejja, sakemm jerga’ jiltaqa s-Sinodu ordinarju f’Ottubru 2015, nidhlu f’dixxerniment profond dwar iz-zwieg u l-familja.
Dixxerniment ifisser mument ta’ talb u ta’ riflessjoni profonda dwar x’inhi r-rieda ta’ Alla ghaz-zwieg u l-familja. Dan id-dixxerniment li ghandu jiehu sehem fih kulhadd, irid isir fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla u taht il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Dan ghandu jsir b’mod genwin u awtentiku imqanqal biss mit-tfittxija sinciera ta’ dak li Alla jitlob minna llum.
Is-Sinodu fid-dokument finali tieghu, tana hafna punti fuq x’hiex nirriflettu u nitolbu. Hawnhekk, ser nipprova nigborhom f’hamsa.
2 - IS-SBUHIJA TAZ-ZWIEG U L-FAMILJA
Id-dokument Sinodali beda billi l-ewwelnett jurina s-sbuhija taz-zwieg u l-familja. Dan il-pjan ta’ Alla ghal bniedem huwa ta’ min naghrfuh, napprezzawh u nippromovuh dejjem aktar. Alla hu l-awtur taz-zwieg u huwa hu li jizra’ fil-bniedem din il-vokazzjoni. Iz-zwieg huwa rigal (don) u mhux piz. Fost id-definizzjonijiet sbieh li regghu intqalu ghal familja nsibu dik li tirreferi ghal familja bhala ‘skola ta’ umanità’ u ‘santwarju tal-qdusija’. Iva, il-familja li titlob issir ikona tat-Trinità Mqaddsa. Ma’ dan tajjeb inzidu nghidu li, s-Sinodu rega’ fakkarna wkoll fuq il-htiega li naghrfu dejjem aktar is-sbuhija u d-dinjità tal-hajja umana, ghax il-familja hija wkoll ‘santwarju tal-hajja’.
3 - INZOMMU HARSITNA FUQ KRISTU
Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-lum, is-Sinodu jheggina biex inzommu l-harsa taghna fuq Kristu, il-hallieq, il-feddej u salvatur kif ukoll l-ghan ahhari ta’ kull bniedem. Is-Sinodu jaghmlilna l-qalb biex ma naqtghux qalbna quddiem l-isfidi tal-lum. Dan qed nghiduh b’kunfidenza shiha, ghax hu fi hdan is-sejha tal-fidi taghna, is-sejha ta’ Gesù lil kull wiehed u wahda minna, espressa fil-verità tal-Evangelju u mizmuma b’tant ghozza mill-Knisja li jinstab l-akbar ferh taghna. Gesù jinghaqad ma’ kull koppja biex l-ghaqda u l-ferh taghhom ikun shih. F’dan is-sens Gesù jghin lill-koppja biex tkompli tikber u timxi ‘l quddiem kemm bhala koppja kif ukoll bhala familja.
4 - NAKKUMPANJAW IL-BNIEDEM TAL-LUM
Fost it-temi posittivi li tidwi mad-dokument kollu hija l-htiega li nakkumpanjaw il-bniedem tal-lum, qieghed fejn qieghed, u li nimxu mal-bniedem tal-lum fit-toroq tal-hajja ta’ kuljum. Dan ifisser li nkunu prezenza vera u mill-vicin tan-nies u mhux mill-boghod. Hadd m’ghandu jhossu izolat. F’dan l-akkumpanjament il-Knisja theggigna biex minkejja li forsi mhux kulhadd jinsab fi zwieg skond il-mudell ta’ Alla ghalina, jixraq naraw jew niskopru it-tajjeb ta’ dawn in-nies. Zgur li ghandhom hafna sabih u tajjeb. Mhux kollox hu kundannabbli. Ghaldaqstant irridu nimxu maghhom fi triq li Gesù jiftah ghalina, ghax dawn huma mahbubin minn Alla u m’humiex maqtughin minnu.
Sabiex naghmlu dan, is-Sinodu qalilna li rridu nkunu Knisja li tisma’ u tifhem. Jekk ma nisimghux lid-dinja, id-dinja mhux ser tisma’ lilna. Jehtieg li naraw fejn qeghdin il-familji llum? Min x’hiex ghaddejjin? X’realtà qed jghixu? U ma x’hiex qed ihabbtu wicchom illum il-gurnata? Huwa meta ahna nisimghu l-wegghat u l-ferh taghhom illi l-Knisja tkun tassew qed ‘tinkarna’ ruhha fil-hajja tal-bniedem.
5 - PASTORALI MGEDDA
Is-Sinodu ma naqasx juri l-maternità tal-Knisja li turi l-imhabba taghha lejn dawk li huma mgarrbin. Is-Sinodu esplora l-problemi li qed thabbat wiccha maghhom il-familja llum madwar id-dinja kollha, fosthom il-gwerer, l-immigrazzjoni, il-vjolenza domestika, problemi ta’ faqar, il-poligamija, iz-zwigijiet inter-religjuzi, zwigijiet ta’ omosesswali, it-tifrik taz-zwigijiet, id-divorzju u l-qaghda ta’ dawk li dahlu fi zwieg iehor. Dawn huma kollha ghafsa ta’ qalb kbira ghall-Knisja.
Sabiex ikollna pastorali xierqa li twiegeb ghal problemi tal-bniedem tal-lum is-Sinodu talab li l-Knisja taggorna l-pastorali taghha, billi tadotta lingwagg gdid u metodi pastorali kreattivi. Fost il-proposti li tenna s-Sinodu hemm dik li l-koppji mizzewgin stess, frott is-sagrament taz-zwieg li huma ccelebraw, ikunu huma stess agenti tal-pastorali tal-familja. Dan jaghmel mill-koppja mhux biss oggett tal-pastorali (i.e. li tircievi) izda suggett tal-pastorali (i.e. li taghti/li taqsam) is-sabih taghha ma’ familji ohra.
6 - XI SUGGERIMENTI
Xi suggerimenti prattici li semma d-dokument finali tas-Sinodu biex nahdmu aktar fuqhom insibu: aktar attenzjoni ghall-preparazzjoni taz-zwieg; aktar gruppi ta’ familji li jiltaqghu flimkien biex jircievu formazzjoni u biex jitolbu flimkien; noholqu mumenti fejn niccelebraw b’mod aktar sabih l-anniversarji taz-zwieg; nghinu lil dawk mizzewgin civilment jew lil dawk li joqghodu flimkien biex jimxu lejn zwieg nisrani; nissapportjaw lill-familji feruti; attenzjoni ghal dawk li qeghdin fi zwieg bejn persuni ta’ religjon imhallta u nilqghu b’aktar rispett u minghajr diskriminazzjoni lil persuni omosesswali. Fl-istess waqt is-Sinodu talab li jigi studjat kif jista’ jithaffef aktar il-process ta’ annullament tat-Tribunali Ekklesjastici u li jigi studjat l-possibiltà ta’ process penitenzjali ghal dawk li ddivorzjaw u regghu izzewgu.
7 - GHELUQ
Mhux li kien din is-sena li ghandna quddiemna tkun ghalina sena ta’ dixxerniment veru fejn fih ilkoll kemm ahna nxammru izjed il-kmiem ghal hidma b’rizq il-familja; nitolbu aktar ghal familji u niddiskutu u nirriflettu aktar biex naraw Alla x’qed jitlob minna halli immexxijin mill-Ispirtu s-Santu nkunu tassew ta’ ghajnuna ghal familji tal-lum.
comments powered byDisqus