Awguri u Grazzi Fr Joe!
The heroic priest who died on the Titanic
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Raġel li ħafer lil martu
Changing Times: Impacts of time on Family Life
Who’ll care for our elderly?
Mons. Charles Vella
Laqgħa Ġenerali Annwali tal-GRUPPI FAMILJI NSARA
Imsejħin biex inkunu differenti
Kondoljanzi
Mal-Papa f'Jum San Valentinu
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
Mother & Baby Club Meetings
Grazzi Miriam
Laqgħa tar-Randan mill-Gruppi Familji Nsara
Mum, Dad and Kids
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2014
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016
Imħabba Vera Teżisti
Pope Francis - On the Sacrament of Marriage
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Iż-Żwieġ u l-Familja
Knisja f’dixxerniment
Il-Fundatur jiltaqa' mal-Papa
No Man is an Island
Awguri !
Quddiesa għall-Għarajjes
Dan kollu għalfejn?
Biex Siġra titla’ Dritta
Jiena Nemmen ...
Love, sex and marriage in liberal societies
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
L-Imħabba
Ġimgħa Żwieġ 2015
Feed the life, nourish life and sustain the family
Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?
Archive
Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Amoris Laetitia - The Joy of Love
Obituary : Paul Attard
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Servizz tal-Qrar
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families 

  • Obituary : Paul Attard

  • Kull meta jmut xi ħadd li ħadem ħerqan għall-Moviment ta’ Kana, bħal Paul Attard, inħoss li temm żmien sabiħ f’ħajti. Bosta minn dawk il-kollaboraturi li llum qed igawdu l-premju ta’ ħajja ta’ dejjem, kienu l-kolonni mhux biss ta’ Kana, imma tal-Knisja u tas-soċjetà. Paul hu eżempju; il-kotra kbira ta’ nies li wrew f’din it-telfa s-sogħba tagħhom huma xhieda ta’ dan.

    Lil Paul sirt nafu fi żmien meta beda jaħdem bħala għalliem u f’daqqa rajt fih valuri ewlenin ta’ bniedem imżejjen mhux biss b’inteliġenza, imma anki b’umanità, tjubija, għaqal u fuq kollox fidi fil-Mulej.

    Huma dawn il-valuri li flimkien ma’ martu Margaret għamel mill-familja knisja domestika. Dak li bena fil-famila tiegħu ried jaħdem biex permezz ta’ Kana u t-tagħlim jagħti b’ġenerosità lill-familji oħra. Hu għalhekk fil-Moviment sar Segretarju Ġenerali u anki għal għaxar snin editur tar-rivista Familjakana, li tant ħabb.

    F’dan iż-żmien rajt ukoll li l-personalità tiegħu kienet tajba għax-xandir u beda bl-inkoraġġiment tiegħi bħala responsabbli jwassal l-ideali tiegħu fix-xandir.

    Paul ta kontribut kbir fil-qasam tal-edukazzjoni u niftakar kemm fraħt meta l-Ministru Louis Galea ħatru Segretarju Permanenti, fejn wassal l-esperjenza tiegħu tal-klassi fil-qasam politiku soċjali. Hu kellu sehem kbir fir-riformi li saru fil-qasam tal-edukazzjoni.

    Paul kien bniedem of all seasons għaliex il-ħidma u l-interessi tiegħu nfirxu ma’ ħafna oqsma. Kien bniedem li jħobb l-arti u l-mużika, tant li dan l-aħħar kien ferm kuntent jaħdem fil-Fondazzjoni ta’ San Ġwann. Jiena dejjem qist lil Paul a Christian Gentleman, li ħaddem it-talenti mogħtija lilu minn Alla għall-ġid tal-familja tiegħu u tas-soċjetà Maltija. Hu dejjem, flimkien ma’ martu u wliedu, poġġa qabel kollox il-familja bl-ispirtu ta’ Kana u lil Kristu.

    Il-Moviment jgħidlu GRAZZI PAUL u nittama li jkollna iktar qlub ġenerużi bħalu.

    Mons. Charles G. Vella








comments powered byDisqus