Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Obituary : Paul Attard
Raġel li ħafer lil martu
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Imħabba Vera Teżisti
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Knisja f’dixxerniment
Awguri !
Biex Siġra titla’ Dritta
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Ġimgħa Żwieġ 2015
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Statement to the Media
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
MERĦBA Mons. Charles Attard
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Tislima lil Mons Mercieca
US Governors Sign Pro-Life Legislation
Over 5.1 million babies born in 2014
Safeguarding Malta’s Catholic roots
Pro-life and pro-family NGOs face unprecedented bias at major UN session
Press Release - Stqarrija għall-Istampa
True Father
The Cohabitation Bill – Some observations
Increase the Birth Rate
Intervista lil Dun Charles Attard Direttur tal-Moviment ta’ Kana
Turning ‘Fifty Shades’ on its head
Assemblea Familja fil-Bidu tas-Sena Pastorali 2016-2017
THE SPECTRE OF EUGENICS
IL COSULTORIO E IL CONSULENTE FAMILIARE
VALUES IN A TIME OF UPHEAVAL
Dak li vvinta l-pillola kontraċettiva jitkellem kontrieha
Good, healthy families
MORNING AFTER PILL - Press Release - Stqarrija għall-Istampa
Precautionary principle
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
A SMILE AND JOY
Bridging the Gap 
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda 

  • Dak  li vvinta l-pillola kontraċettiva  jitkellem kontrieha

  • Publikat: 5 ta’ Jannar 2009

    F’artiklu ppublikat mill-Vatikan din il-ġimgħa, il-mexxej tal-għaqda dinjija  tat-tobba Kattoliċi żied jattakka l-użu tal-pillola kontraċettiva filwaqt li saħaq fuq “l-effetti ekoloġiċi qerrieda” tagħha billi jintremew “tunellati ta’ ormoni” fl-ambjent li jagħmlu ħsara lill-fertilita’ maskili; hekk  qalet it-Taiwan Times.

    L-attakk beda b’kummenti meħuda minn dak li Carl Djerassi stess kiteb fil-gazzetta Awstrijaka Der Standard.  Dan il-farmaċista Awstrijak kien wieħed mit-tlieta li fetħu t-triq għall-pillola kontraċettiva orali meta vvintaw il-proġestoġen sintetiku Norethisterone

    Djerassi  kiteb dwar “xenarju tat-tkexkix” li seħħ minħabba n-nuqqas ta’ bilanċ  fiż-żieda tal-populazzjoni, li parti mill-ħtija  tiegħu  hi din il-pillola li vvinta hu stess. Qal li fil-biċċa l-kbira       tal-Ewropa ma għadx “hemm rabta bejn is-sesswalita’ u r-riproduzzjoni”, u li “ fl-Awstrija  Kattolika, fejn rata tat-twieled hi ta’ bejn wieħed u ieħor 1.4 kull familja, din il-firda bejn is-sesswalita’ u r-riproduzzjoni  issa hi fatt komplut”.

    Iddeskriva l-familji li ddeċidew li ma jkollhomx tfal bħala dawk “li jridu jieħdu gost jieklu x-schnitzels tagħhom filwaqt li jħallu l-bqija tad-dinja tieħu ħsieb hi”.

    Tkellem dwar in-nuqqas fir-rata tat-twelid bħala “epidemija” li hi ħafna agħar mill-obeżita’, imma li qed tingħata wisq anqas attenzjoni. Qal ukoll li ż-żgħażagħ Awstrijaċi jkunu qed jikkommettu suwiċidju nazzjonali jekk ifallu fil-prokreazzjoni;  u li jekk mhux possibbli  jibdlu r-rotta biex il-populazzjoni ma tibqax tonqos, ikollhom jifhmu l-ħtieġa ta’ “politika intelliġenti ta’ immigrazzjoni”.

    F’intervista li saritlu, Kardinal Christoph Schonborn, il-mexxej tal-Kattoliċi Awstrijaċi qal li 40 sena ilu l-Vatikan kien bassar li l-użu tal-pillola kontraċettiva kellu  jwassal biex fil-punent ikun hemm tnaqqis drammatiku fir-rata tat-twelid.  Qal: “Xi ħadd  li hu ‘l fuq minn kull suspett bħal Carl Djerassi ...... qed jgħid li f’kull familja jridu jitwieldu tliet itfal biex jinzamm il-livell tal-populazzjoni, imma ninsabu ‘l bogħod sew minn dan”.

    Schonborn qal lit-TV Awstrijak li meta fl-1968  l-enċiklika tal-Papa Pawlu VI kienet ikkundannat  l-użu tal-kontraċezzjoni artifiċjali, hu kien ħass  bħal “doċċa kiesħa”, iżda maż-żmien biddel fehemtu għax din  kienet “profetika”.

    F’kitba tiegħu fl-Osservatore Romano, il-gazzetta tal-Vatikan, Jose Maria Simon, il-president tal-Federazzjoni Dinjija tal-Assoċjazzjonijiet Mediċi Kattoliċi, qal  li riċerka li saret mill-assoċjazzjoni tiegħu turi li l-pillola kontraċettiva “ għandha effett abortiv f’ħafna każijiet”.

    Angelo Bonelli, mill-partit Taljan tal-Ħodor, qal li kienet l-ewwel darba li kien qed jisma’ dwar ir-rabta  bejn il-pillola kontraċettiva u t-tniġġis tal-ambjent. L-agħar sustanzi velenużi nstabu fil-provista tal-ilma.  Qal: “Inħoss li hu idjosinkratiku tinkwieta dwar dan”.

    L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kattoliċi tat dettajli dwar dak li saħaq  fuqu Dr. Jose Maria Simon Castellvi, il-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet Mediċi Kattoliċi. Dan ta numru ta’ argumenti xjentifiċi biex jikkonferma n-natura profetika tal-enċiklika tal-Papa Pawlu VI dwar il-kontraċezzjoni artifiċjali.

    F’artiklu ppublikat fl-Osservatore Romano, it-tabib Spanjol semma dokument riċenti  tal-Federazzjoni li jfakkar l-40 anniversarju  tal-Humanae Vitae.  Dan jgħid li “ ħadd ma jista’ jmeri l-fatt li l-pillola  kontra l-ovulazzjoni li hi l-aktar użata fid-dinja industrijalizzata,  dik  magħmula minn dożi baxxi ta’ estroġen u proġesteron,  taħdem b’mod li f’ħafna każijiet ma  tħallix li ssir impjantazzjoni; dan iwassal għall-abort għax l-embrjun uman ċkejken jintefa ‘l barra”.

    Castellvi qal ukoll li “l-kitba xjentifika tirrikonoxxi l-fatt li din il-pillola twassal biex  ma  ssirx impjantazzjoni u ma tiddejjaqx titkellem dwar ir-rata ta’ embrjuni li qed jintilfu. Iżda ħaġa kurjuża hi li din l-informazzjoni ma tasalx għand il-publiku in ġenerali”.

    Hu tkellem ukoll dwar “l-efffetti ekoloġiċi qerrieda ta’ tunellati ta’ ormoni li jintremew fl-ambjent kull sena. Għandna informazzjoni biżżejjed biex ngħidu li waħda mill-kawżi tal-infertilita’ maskili fil-punent hi t-tniġġis ambjentali li jġibu magħhom il-prodotti tal-pillola kontraċettiva”. Castellvi nnota wkoll li fl-2005  l-Aġenzija Internazzjonali ta’ Riċerka dwar il-Kanċer irrapurtat li din il-pillola  għandha effetti karċinoġeniċi

    Wara li spjega li “l-metodi naturali li jirregolaw il-fertilita’ huma dawk effettivi u jirrispettaw in-natura tal-persuna”, Castellvi qal li “ filwaqt li niċċellebraw is-60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem nistgħu ngħidu li l-metodi kontraċettivi jmorru kontra għall- inqas ħamsa minn dawn id-drittijiet importanti:

    1. id-dritt għall-ħajja
    2. id-dritt għas-saħħa
    3. id-dritt għall-edukazzjoni
    4. id-dritt għall-informazzjoni (tixrid dwar l-użu tal-pillola kontraċettiva filwaqt li titħalla barra  l-informazzjoni dwar il-metodi naturali)
    5.  u d-dritt tal-ugwaljanza bejn is-sessi  (ir-responsabbilta’ tal-użu tal-kontraċettivi taqa’ fuq il-mara).


    Informazzjoni meħuda minn:

    - Il-Knisja Kattolika ġġedded l-attakk tagħha fuq il-pillola kontraċettiva ( Taipei Times)

    - L-Assoċjazzjoni Medika titkellem dwar in-natura profetika tal-Humanae Vitae (Catholic News Agency).








comments powered byDisqus