Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Obituary : Paul Attard
Raġel li ħafer lil martu
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Imħabba Vera Teżisti
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Knisja f’dixxerniment
Awguri !
Biex Siġra titla’ Dritta
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Ġimgħa Żwieġ 2015
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Statement to the Media
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
MERĦBA Mons. Charles Attard
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Tislima lil Mons Mercieca
US Governors Sign Pro-Life Legislation
Over 5.1 million babies born in 2014
Safeguarding Malta’s Catholic roots
Pro-life and pro-family NGOs face unprecedented bias at major UN session
Press Release - Stqarrija għall-Istampa
True Father
The Cohabitation Bill – Some observations
Increase the Birth Rate
Intervista lil Dun Charles Attard Direttur tal-Moviment ta’ Kana
Assemblea Familja fil-Bidu tas-Sena Pastorali 2016-2017
THE SPECTRE OF EUGENICS
IL COSULTORIO E IL CONSULENTE FAMILIARE
VALUES IN A TIME OF UPHEAVAL
Dak li vvinta l-pillola kontraċettiva jitkellem kontrieha
Good, healthy families
MORNING AFTER PILL - Press Release - Stqarrija għall-Istampa
Precautionary principle
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Grazzi Miriam
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016 

  • Stqarrija għall-Istampa

  • Laqgħa Ġenerali Annwali 2016 - Moviment ta’ Kana

    Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ April, il-Moviment ta’ Kana żamm il-laqgħa Annwali Generali. Fl-indirizz tiegħu il-President Dr. Arthur Galea Salomone qal li kienet sena ta’ ħidma kbira f’diversi oqsma inkluz fit-tħejjija ta’ l-għarajjes għaż-żwieġ, fil-formazzoni tal-koppji u fil-counselleing fejn fuq bazi volontarju inghataw il-fuq minn 2300 siegha counselling.

    Kienet sena li fiha il-Moviment irċieva tal-inqas żewġ rigali kbar,  wieħed fil-forma tal-ħatra ta’ Fr. Charles Attard bħala d-Direttur il-ġdid tal-Moviment ta’ Kana u l-iehor fil-forma ta’ l-Eżortazzjoni Apostolika ‘Amoris Laetitia’ – il-Ferħ ta’ l-Imħabba.

    L-Eżortazzjoni hi stedina biex bħala familji Nsara nibqgħu ngħożżu t-teżori taż-żwieġ u l-familja u nipperseveraw fl-imħabba li hija msaħħa mill-impenn, mill-ġenerożita, mill-paċenzja, mill-fedeltà. Fl-istess l-ezortazzjoni hi kelma ta’ kuraġġ li tirrikonoxxi d-dgħufija u l-imperfezzjonijiet f’kull wieħed u waħda minnha. Il-Papa jgħid li l-ebda familja ma taqa’ perfetta mis-sema u l-familja idejali m’ghandhiex ghalfejn tkun sterjotipata imma hija mozajk ta’ rejaltajiet differenti. Ghalhekk, qal il-President, “…..il-hajja ta’ Kristu izjed milli kienet mmarkata mil-lectures fuq l-idejal, kienet hajja immarkata mill-lezzjonjiet tal-hniena….. Fil-hidma pastorali tal-familja m’ahniex hawn biex niggudikaw imma biex nakkumpanjaw lil-kulhadd.”

    Wara l-indirizz tal-President, tkellem id-Direttur il-ġdid tal-Moviment ta’ Kana, Mons. Charles Attard li enfasizza l-bżonn li l-ħidma tal-Moviment għandha tiġi mxandra iżjed. Mons Attard sahaq dwar il-bżonn li l-familja xxandar lilha nnifisha. Il-Papa Franġisku fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Mondjali tal-Komunikazzjoni Soċjali tal-2015, saħaq fuq il-bżonn li nagħmlu enfasi fuq l-Evangelju tal-Familja. Il-kelma Evangelju tfisser ‘Aħbar tajba’, mela jekk il-familja hi Aħbar Tajba, allura il-familja għandha tiġi mxandra. Dan ghandu jsir l-ewwelnett billi mmorru għall-oriġini tal-familja minghajr ma nibzghu inxandru il-familja kif imfissra fil-Kelma t’Alla. It-tieni billi nirrakkontaw l-esperjenzi tal-familja bit-talenti, in-nuqqajjijiet u l-bzonnijiet taggha li jaghmilha muzajk prezzjuz ta’ esperjenzi, tezor li jisthoqqilha tkun imharsa. Fl-aħħarnett jeħtieġ li l-familja ma tingħalaqx fiha nnifisha imma għandha tikkomunika lilha nnifisha fuq il-mudell tal-Verġni Marija “li marret tħaffef lejn l-għoljiet” biex tagħti l-għajnuna tagħha lill-qariba tagħha Eliżabetta.

    “Ejjew ma nibżgħux immorru għand il-familji tal-oħrajn, biex nagħtuhom il-konfort, biex nuruhom is-solidarjetà u ngħidulom li qed nitolbu għalihom” temm jgħid id-Direttur tal-Moviment ta’ Kana.








comments powered byDisqus