Il-liġi tipproteġiha lill-familja?
Abbozz ta’ Liġi biex jirregola l-Koabitazzjoni
Obituary : Paul Attard
Raġel li ħafer lil martu
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar iż-Żwieġ u l-Familja
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Iż-Żwieġ huwa Għotja
Imħabba Vera Teżisti
Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana
Knisja f’dixxerniment
Awguri !
Biex Siġra titla’ Dritta
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Ġimgħa Żwieġ 2015
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Statement to the Media
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
MERĦBA Mons. Charles Attard
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Tislima lil Mons Mercieca
US Governors Sign Pro-Life Legislation
Over 5.1 million babies born in 2014
Safeguarding Malta’s Catholic roots
Pro-life and pro-family NGOs face unprecedented bias at major UN session
Press Release - Stqarrija għall-Istampa
True Father
The Cohabitation Bill – Some observations
Increase the Birth Rate
Intervista lil Dun Charles Attard Direttur tal-Moviment ta’ Kana
Assemblea Familja fil-Bidu tas-Sena Pastorali 2016-2017
THE SPECTRE OF EUGENICS
IL COSULTORIO E IL CONSULENTE FAMILIARE
VALUES IN A TIME OF UPHEAVAL
Dak li vvinta l-pillola kontraċettiva jitkellem kontrieha
Good, healthy families
MORNING AFTER PILL - Press Release - Stqarrija għall-Istampa
Precautionary principle
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Grazzi Miriam
Reflections on Embryo Freezing
Laqgħa Ġenerali Annwali 2016 
  • Jingħata Bidu għas-Sena Pastorali tal-Moviment ta' Kana

  • Is-Sibt 27 ta' Settembru, il-Moviment ta' Kana ta bidu għas-Sena Pastorali 2014 - 2015 permezz ta' laqgħa għall-membri li saret fiċ-Ċentru Pastorali Sant' Andrija fil-Mosta. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa l-quddiesa fil-bidu tal-laqgħa, li kienet ukoll indirizzata mill-President tal-Moviment Dr Arthur Galea Salomone u minn Fr Kevin Schembri.

    Omelija ta' Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

    Din is-sena għandna żewġ riflessjonijiet speċjali: waħda hija ta’ kull sena għaliex kull sena l-Moviment ta’ Kana jibda l-ħidma tiegħu imma din is-sena u s-sena ta’ wara aħna għandna wkoll ikollna stennija. Parti importanti fiż-żwieġ u l-familja li l-Papa Franġisku mhux Sinodu wieħed għamel, żewġ Sinodi b’riflessjoni fuq iż-żwieġ u l-familja. U għalhekk noqogħdu attenti meta jibdew joħorġu mbagħad l-aħbarijiet fuq dak li jkun hemm, ħalli aħna nimxu pass pass mas-Sinodijiet ħalli mbagħad inkunu persuni li verament qed ngħixu skont dak li jixtieq minna l-Q.T. il-Papa għaliex aħna nemmnu li huwa mnebbaħ mil-Ispirtu s-Santu.

    Jiena ir-riflessjoni li xtaqt li nagħmel, fil-fatt anke l-president aċċenna għaliha, hija li naħseb li aħna fil-ħidma tagħna rridu ndaħħlu iktar dak li hu spiritwali fil-ħajja taż-żwieġ. Diġa aċċenna għaliha: min jiġi għandna qed ifittex żwieġ nisrani; mhux kollha jkunu motivati imma huma qed ifittxu żwieġ nisrani. Allura jekk qegħdin ifittxu żwieġ nisrani, aħna għandna l-obbligu li dak li qegħdin ifittxu aħna natuhulhom b’mod speċjali l-ispiritwalita tal-ħajja nisranija.   

    Daqsxejn ta’ erba’ ħsibijiet. Naħseb l-ewwelnett aħna rridu nkomplu nitkellmu b’dak li l-Papa Franġisku qiegħed jgħallimna tant: li aħna rridu nitkellmu fuq il-bxara t-tajba. U jekk hemm il-bxara t-tajba kulħadd jista’ jitkellem fuqha, min hu miżżewweġ irid jitkellem fuq il-bxara t-tajba taż-żwieġ u l-familja nisranija. U din hija l-esperjenza li aħna smajna anke fil-bidu. Tagħmel ħafna differenza jekk jien inkun qiegħed nitkellem fuq xi ħaġa li jiena tgħallimt - dik tissejjah dattika - tagħmel ħafna iktar differenza imbagħad jekk jiena nibda nitkellem mill-esperjenza tiegħi tal-ferħ li hemm ġewwa fija li joħroġ miż-żwieġ nisrani. U din hija verament l-ewwel evanġelizzazzjoni: trid tkun ibbażata mhux fuq tagħlim li jiena smajt imma fuq esperjenzi li jiena kelli.

    Jiena din ngħidilha l-evanġelizzazzjoni tal-kejk. Ħafna drabi. il-kejk, ir-riċetti jgħaddu minn persuna għall-oħra mhux għax lil xi ħadd tgħidlu: trid tagħmel din'  imma tibda: 'għaliex jiena għamiltilhom kejk u kieku taf kif kulħadd Alla jbierek kielu'. Il-persuna l-oħra tgħid:  'mela din għandha l-esperjenza, mela ħalli nistaqsiha, allura r-riċetta x'kienet?'  Dik hija l-evanġelizzazz-joni li aħna rridu nagħtu: ngħidu lil dawk li żwieġ nisrani kapaċi anke fi żminijietna jkun żwieġ ta’ ħafna ferħ, u familji ta’ ħafna ferħ, imbagħad  nistennewhom jistaqsuna u aħna nkunu lesti naqsmu l-esperjenza tagħna f’dak li jgħin u dak li jfixkel.

    Meta jien kont nagħti l-korsijiet ta’ Kana kont nagħtihom lill-għarajjes, kelli problema, problema għax ma kellix esperjenza tiegħi taż-żwieġ. Għax tafu inthom, dawk igħidu: 'dan x’irid jgħidilna, dan qassis!' Allura kont ngħidilhom l-ewwelnett jiena ma nistax nagħtikom l-esperjenza tiegħi, imma nista' ngħallimkom żewġ affarijiet. L-ewwelnett l-esperjenzi tan-nies li ġew għandi, jien minn hemm tgħallimt. Jiġi xi ħadd u jirrakkontali xi ħaġa li fixklitu u jiena nżommha ġewwa qalbi. U jiġi xi ħaddieħor jgħidli xi ħaġa mhux talli ma fixklitux, talli kabbritu! U jien dawk ir-rakkonti li kelli kont ngħidhomlhom. It-tieni ħaġa imbagħad kont ngħidilhom nista' ngħallimkom xi ħaġa fuq l-imħabba ta’ Kristu. U Kristu kien jaf x’jiġifieri tħobb, Kristu kien jaf x’jiġifieri tintefa' għall-imħabba.

    It-tieni riflessjoni li xtaqt li nagħmel hija li hemm bżonn nagħfsu iktar fuq il-fatt li ż-żwieġ huwa sejħa, sejħa mingħand Alla. Għas-saċerdozju aħna mal-ewwel ngħidu li dak huwa seħja u r-raġuni naħseb li hija ovvja. Għaliex fin-natura inti ma ssibx saċerdoti, vokazzjoni speċjali, imma peress li fin-natura nsibu wkoll iż-żwieġ u l-familja, allura aħna faċli naħsbu li dak huwa xi ħaġa naturali, anke n-nisrani jidħol għalih bħala xi ħaġa naturali mifrudha mill-ħajja spiritwali tiegħu. Mhijiex hekk. Il-Mulej f’dak il-mument jgħaqqad iż-żewġ affarijiet, importanti nifhmuha u nipprova nispjegaha hekk: aħna kultant ngħidu li Alla l-Imbierek għażilna anke fiż-żwieġ għaliex għażilli l-għarus tiegħi, jew l-għarusa tiegħi. Mhu veru xejn. Mhu veru xejn!

    Darba kien hemm waħda persuna u ġiet tgħidli:  irrabjat għall-Mulej għax għażilli dar-raġel tiegħi!' Kellhom familja sabiha, imma kien mument ta’ daqsxejn inkwiet. U jien meta qaltli hekk għidtilha: 'le mhux hekk. Jiġifieri jkollok wieħed u jkun drogat u jkun alkoħoliku u t-tifla tiegħek xorta trid tiżżewġu. Dak għax għażilulha l-Mulej? Ma tarax!'  Jiġifieri fil-mument tas-sejħa tagħna, l-ewwel irridu nużaw il-moħħ tagħna, il-moħħ u l-qalb, ħalli naraw ftit jekk jien nistax noqgħod ma’ dik il-persuna għall-kwalita ta' mħabba li tibqa' għal dejjem. Mhux il-kwalitajiet ta' mħabba li llum naqraw ħafna fuqhom, imma kwalita tal-imħabba li tibqa' għal dejjem. Imbagħad din is-sejħa tiġi propju meta fuq l-artal dak l-persuna li jien inkun għażilt, hemmhekk nieħdu minn idejn ta’ Alla, don ta’ Alla. Hemmhekk is-sagrament isir sħih, hemmhekk Alla jkun daħal f’ħajti għax issa jiena lill-Mulej qed ngħidlu: 'tajtni din jew dan bħala don u jien se nidħol responsabbli għalih'. Imma importanti li nibdew ngħidulhom li ż-żwieġ hu sejħa, ma niddejqux.  

    It-tielet ħaġa li hija importanti hija li lkoll nafu li bijoloġikament meta ż-żewġ miżżewġin jagħtu l-kunsens lil xulxin, is-saċerdot mhuwiex il-ministru. Is-saċerdot qiegħed hemmhekk bħala xhud f’isem il-Knisja. Iż-żewġ miżżewġin jagħtu l-grazzja taż-żwieġ lil xulxin imma jien allura nkompliha. Allura dik il-grazzja taż-żwieġ hija grazzja għat-tieġ biss? Jew hija grazzja għaż-żwieġ kollu biex juri li l-Mulej fetaħ triq li mbagħad se jkompli jimlik biha? Importanti li ngħiduha wkoll din: f'dak il-mument meta jien tajt l-ewwel grazzja taż-żwieġ lill-mara tiegħi, lir-raġel tiegħi, f'dak il-mument il-Mulej fetaħli triq biex aħna nkomplu flimkien, ngħinu lil xulxin ħalli nitqaddsu.  Għall-miżżewġin it-triq għal qdusija mhijiex ħaġa oħra ħlief it-triq taż-żwieġ, dik li trid twassal għal qdusija tagħhom quddiem Alla l-Imbierek.

    Naħseb li qed tindunaw kemm il-Knisja llum qiegħda tipprietka iktar fuq dan il-fatt. Sa ftit snin ilu, għexieren ta’ snin, li kien hemm qaddisin mill-ħajja miżżewġa kienu dawk li saru qaddisin għaliex batew fiż-żwieġ, Santa Rita per eżempju u oħrajn. Jiġifieri biex ikollok qaddis jew qaddisa fiż-żwieġ xi ħadd irid jagħmel lil ħaddieħor ta' ħdejh  martri. Imma mhiex dik iż-żwieġ. Għalhekk illum il-Knisja qed tfittex koppji li qaddsu lil xulxin u dawn il koppji tagħmilhom    qaddisin biex ikunu mudell! Il-mudell m’għandhiex tkun it-tbatija. Ikun hemm tbatija bilfors f'kull ħajja tal-bniedem, imma jrid ikun hemm ukoll il-ferħ li ġabu lil xulxin u l-mixja li għamlu ma’ xulxin. Għalhekk il-Knisja llum qed tipprova tfittex qaddisin li jkunu koppji u li jkunu qaddsu lil xulxin għax dak hu l-mudell! U, ippermetmuli, mhux il-mudell ta’ Santa Rita. Dak mhux mudell taż-żwieġ, ta’ persuna iva,  taż-żwieġ le. Imma fil-koppji li jqaddsu lil xulxin hemmhek għandek mudell ta’ żwieġ li kien verament żwieġ skont Alla l-Imbierek.

    L-aħħar riflesjoni li xtaqt nagħmel hija propju fuq l-imħabba. L-ewwelnett importanti ngħidu li  bniedem miżżewweġ irid iħobb għaliex hija l-imħabba ta’ Kristu, m’hemmx imħabba oħra għalina, imħabba li tkompli m’għandniex mudell ieħor. Hija mudell ta’ Kristu. Kapaċi xi ħadd jinwietak u taħfirlu u tkompli. Ikun hemm problema li intom taffrontaw flimkien u tkomplu. U dik hija l-imħabba ta’ Sidna Ġesu Kristu. Id-differenza hi li fiż-żwieġ l-imħabba tiegħek,  il-Mulej qed jagħtihielek mhux biex tingħalaq, b'mod speċjali qed jagħtik il-familja tiegħek u qed jgħidlek: 'ħudli ħsiebha'.  

    U importanti li niftakru l-kwalita tal-imħabba. Ejjew ngħaqqdu ħafna, ħafna u nibdew ngħidulhom anke lil dawn iż-żgħazagħ tagħna,  nippruvaw ngħaqqdu ma’ xulxin l-imħabba tagħhom bħala miżżewġin u l-imħabba li permezz tagħhom huma u jgħallmu t-tfal iħobbu. Jien lill-għarajjes ngħidilhom:  tinsewx il-kwalita tal-imħabba li intom  se tibnu, dik il-bejta. Fil-pjan t’Alla iż-żwieġ huwa l-bejta li fih l-Mulej ikun jista' jibgħat dawk li jixtieq hu ħalli jimtlew bl-imħabba. U dawk se jitgħallmu jħobbu mhux għax twieldu imma se jitgħallmu jħobbu skont li jaraw. Allura anke qabel ma jiġu t-tfal, l-imħabba tiegħek trid tagħmel riflessjoni: u lit-tfal tiegħi liema kwalita ta' mħabba se nagħtihom jien? Mhux se nagħmel sforz biex l-imħabba tiegħi tkun verament qed tgħollihom u tagħtihom grazzja?  

    Jiena nixtieq li nieqaf b'żewġ ħsibijiet mill-Liturġija tal-lum. L-ewwel waħda ta' San Pawl meta jgħid hekk: "Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesu" ( Fil 2, 5) Aħsbu dik tfisser: meta inti tgħid tħobb bħal Ġesu tfisser aħseb bħalma jaħseb Sidna Ġesu Kristu.  U t-tieni waħda l-Vanġelu tal-lum kien ħelu wkoll (Mt 21, 28-32). Kien hemm dawk iż-żewġt ulied. Wieħed minnhom qallu: 'immur' u ma marlu xejn u l-ieħor qallu 'le' imbagħad mar. U jiena llum qed niltaqa' ma' ħafna minn dan it-tieni aspett ta' din il-parabbola: dawk li għall-ewwel 'l Mulej ma obdewhx, forsi marru joqgħodu flimkien, forsi ma nafx x'ġara', mhux se nidħlu f'dettalji imma mbagħad daru lejn il-Mulej u jiġu għall-korsijiet tagħna. Issa jekk jiena se nibqa' ninħasad u jien mhux se nitkellem bħalma hemm fil-parrabola, dak ferħan li ġie. Jiena ferħan li jiġi għandi allavolja għamel dak li għamel, il-Mulej iħobbu u hu bagħtu għandna biex jagħmel dan il-kors ta' Kana. Allura minflok nibqgħu nistagħġbu meta jiġu dawn l-għarajjes għandna, aħna rridu nkunu - ngħidha bl-Ingliż għax ma nafhiex eżatt bil-Malti - welcoming. Jekk tindunaw anke ġie tifel żgħir jew tifla żgħira mal-ewwel trid tmur għandu tagħmlu welcome ħalli jinduna li l-mistħija li kultant ikun hemm - mhux dejjem - imma l-mistħija li kultant ikun hemm,  allura wieħed ikun jista jneħħiha propju permezz ta' dik il-kelma li inti tkun tajtu meta ġie hawn.

    Nieqaf hawnhekk. Il-quddiesa se noffriha b’mod speċjali għall-ħidma ta’ Kana tul din is-sena li bdejna.

    Diskors tal-President Dr Arthur Galea Salomone

    Nixtieq nilqaghkhom ghal ftuh tas-sena Pastorali li ser tibda bic-celebrazzjoni tal-Quddies mill-Arcisqof. Fi ftit jiem ohra f’Ruma ser jibda s-Sinodu li ser jittratta dwar l-isfidi pastorali tal-familja fil-kuntest tal-Evangelizazzjoni. Dan huwa suggett ghal-qalb il-Moviment Kana il-ghaliex fil-qadi tal-missjoni taghna irridu dejjem nistaqsu kif nistghu nevangelizzaw ahjar, kif allura nistghu inkunu aktar effettivi biex nipproponu (minghajr ma nimponu) t-taghlim ta’ Kristu dwar il-familja.

    Irridu fl-ewwel lok nirrikonoxxu illi ghal min ma jaghmilx esperjenza ta’ Kristu huwa difficli taccetta t-taghlim ta’ Kristu dwar il-familja. Naghti ezempju, jekk mhux fid-dawl tat-taghlim ta’ Kristu, kif ser nikkonvinci lil xi hadd li, minkejja l-isforzi u r-rieda tajba kollha tieghu, fallielu z-zwieg li m’ghandux ikollu cans iehor ? Difficli taccetta dan it-taghlim jekk mhux fl-isfond ta’ esperjenza ta’ Kristu. Mela bhala Knisja izjed milli inkunu didattici u nippriedkaw dwar it-taghlim tal-Knisja irridu naraw kif ser inwasslu aktar nies jaghmlu esperjenza ta’ Kristu. Minn hawn irridu nibdew, il-ghaliex min jaghmel esperjenza ta’ Kristu, imbaghad lest li jifhem u jghix it-taghlim ta’ Kristu dwar il-familja.

    Li nipproponu mudell ta’ relazzjoni, ibbazat fuq it-taghlim ta’ Kristu, m’ghandux ifisser li ghandna neskludu jew niggudikaw lil min ma jaghmilx din l-ghazla, jew lil min, minhabba cirkostanzi varji talhajja ma jistax jghix din l-ghazla. Filwaqt li ghandna nibqghu nipproponu bhala mudell ta’ familja, relazzjoni mibnija fuq it-taghlim ta’ Kristu, bhala Knisja u anke bhala ferghat fil-Moviment Kana irridu nakkumpanjaw lil kullhadd, anzi forsi l-aktar lil dawk li mhux qed jghixu l-mudell li jipproponi Kristu; esperjenza ta’ Kristu tista’ tibda minn kull cirkostanza ta’ hajja, Kristu ma giex biss ghal min jobdi u jghix il-Kelma tieghu imma ghal kulhadd u ahna imsejhin biex nevangelizzaw mhux biss ma’ min bhalna jara sens fit-taghlim ta’ Kristu dwar il-familja imma ma’ kulhadd.

    Jiena uzajt il-kelma esperjenza ta’ Kristu u rrid naghmel distinzjoni bejn laqgha ma’ Kristu u esperjenza ta’ Kristu; l-esperjenza ta’ Kristu tibda b’laqgha ma’ Kristu imma mhux kull laqgha twassal necessarjament ghall-esperjenza ta’ Kristu. Fil-Knisja ghandna hafna opportunitajiet ta’ laqghat, li mhux necessarjament iwasslu ghall-esperjenza ta’ Kristu. F’kull fergha tal-Knisja inkluz il-Moviment ta’ Kana irridu naghmluha din il-mistoqsija. Irridu nistaqsu bhala Moviment, jekk il-laqghat ta’ thejjija ghaz-zwieg qed iwasslu l-gharajjes biex jaghmlu esperjenza ta’ Kristu. Fl-akkumpanjament li naghmlu mal-mizzewgin kemm fil-Grufan u kemm fil-Jien Maghkhom Dejjem irridu nistaqsu jekk qed nghinu lill-mizzewgin biex jaghmlu mixja ta’ fidi fi Kristu permezz taz-zwieg u fiz-zwieg ?

    It-test tal-missjoni taghna, il-priorita’ tal-hidma taghna allura ghandha tkun li irridu nwasslu u nakkumpanjaw l-gharajjes u l-mizzewgin biex jaghmlu esperjenza ta’ Kristu.

    Min jaghmel esperjenza ta’ Kristu jista jilhaq il-milja tas-sejha tieghu fiz-zwieg li jkun sinjal tal-imhabba ta’ Kristu ghal-Knisja.  Fiz-zwieg ahna imsejhin biex inkunu sinjal tal-imhabba ta’ Kristu ghall-Knisja. Izda filwaqt li sinjali tal-ikrah fiz-zwieg naraw hafna, sinjali u xhieda tas-sabih fiz-zwieg ma narawx bizzejjed. Fil-media per ezempju nisimghu wisq izjed dwar infedelta fiz-zwieg milli dwar il-fedelta fiz-zwieg, nisimghu ferm izjed bi zwigiejiet li jitfarrku milli dwar zwigijiet li jirnexxu. Wasal ghalhekk iz-zmien biex nibdew nevangelizzaw aktar dwar is-sabih taz-zwieg permezz tal-qsim tal-esperjenzi. Jehtieg li bhala Moviment ta’ Kana nidentifikaw koppji li lesti jaghtu xhieda permezz tal-esperjenza taz-zwieg taghhom. Tista tkun esperjenza ta’ fedelta dejjiema, esperjenza ta’ diffikultajiet fiz-zwieg, esperjenza ta’ min baqa’ jghix il-weghdiet taz-zwieg minkejja li tfarrak iz-zwieg, esperjenza ta’ zwieg li rebah l-ostakli, esperjenza ta’ mahfra fiz-zwieg; xhieda qasira, anke fil-kuntest ta’ quddiesa b’intenzjoni specjali ghall-familji, xhieda li tirreleva esperjenzi rejali li n-nies tista tidentifika ruhha maghha. F’kuntest fejn id-dinja qed tissuggerixxi li l-mudell tal-familja li jipproponi t-taghlim ta’ Kristu huwa skadut, irridu nkunu lesti nevangelizzaw permezz tal-qsim tal-esperjenzi taz-zwieg.

    Il-forzi kontra t-taghlim tal-Kristu dwar il-familja huma hafna u qawwija u wahedna m’ahniex ser neghlbuhom, imma permezz tat-talb kollox possibli. L-Istrumentum Laboris li huwa d-dokument li ser jigi diskuss fis-Sinodu, jesortana li nipprezentaw il-Familja Imqaddsa bhala punt ta’ riferenza.  Il-Moviment Kana ser jikkommissjona ikona tal-Familja Imqaddsa il-ghaliex nixtiequ invaraw inizzjattiva ohra fejn  nidentifikaw koppji li jkunu lesti jduru fil-familji ta’ min lest jilqagghom b’ikona tal-Familja Imqaddsa u jghidu talba lil-Familja Imqaddsa. Filwaqt li dan ikun mezz biex indahhlu l-immaggni tal-Familja Imqaddsa fid-djar u biex inheggu t-talb fil-familji, din tkun opportunita biex bhala Moviment Kana, niltaqghu man-nies f’darhom, nisimghu l-esperjenzi taghhom u naqsmu l-esperjenzi taghna; dan ukoll huwa mezz ta’ akkumpanjament tal-familji; dan ukoll huwa mezz ta’ evangelizzazzjoni.

    Hija x-xewqa taghna li tghinu biex dawn iz-zewg inizjattivi jigifieri l-evangelizzazzjoni permezz tal-qsim ta’ esperjenzi u evangelizzazzjoni permezz tat-talb fil-familji jirnexxu u nixtiequkhom tindividwaw volontarji li lesti jaghtu il-hin taghhom ghal-dan l-iskop.

    Nixtieq fl-ahharnett naghlaq bit-talba lill-Familja Mqaddsa li kiteb Papa Frangisku ghal dan is-Sinodu.

    Ġesù, Marija u Ġużeppi,
    fikom naraw l-isbuħija tal-vera mħabba,
    lejkom induru b'fiduċja sħiħa.

    Familja mqaddsa ta' Nażaret,
    agħtina l-grazzja li l-familji tagħna wkoll
    ikunu postijiet ta' komunjoni u talb,
    skejjel veri tal-Vanġelu
    u knejjes żgħar fi djarna.

    Familja mqaddsa ta' Nażaret,
    agħtina li qatt aktar ma jkun
    li l-familji jbatu l-vjolenza, iċ-ċaħda u l-firda:
    ħa jsib wens u fejqan
    kull min bata' minn skandli u weġgħat.

    Familja mqaddsa ta' Nażaret,
    ħa jerġa' jagħmilna s-Sinodu li ġej tal-Isqfijiet
    konxji li l-familja hi ħaġa sagra
    u li ħadd m'għandu jifridha.
    Ħa nerġgħu naslu biex nagħrfu sbuħitha
    fil-pjan ta' Alla.

    Ġesù, Marija u Ġużeppi,
    isimgħu t-talba tagħna.








comments powered byDisqus