Stqarrija għall-Istampa - Press Release
Press Release
Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?
Archive
Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Awguri u Grazzi Fr Joe!
Amoris Laetitia - The Joy of Love
Obituary : Paul Attard
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
The heroic priest who died on the Titanic
Servizz tal-Qrar
Grazzi Miriam
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Laqgħa tar-Randan mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Mum, Dad and Kids
Bidu tas-Sena Pastorali 2019/2020
Changing Times: Impacts of time on Family Life
Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Gruppi Familji Nsara
Il-Fundatur jiltaqa' mal-Papa
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
Precautionary principle
No Man is an Island
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Awguri !
MERĦBA Mons. Charles Attard
A SMILE AND JOY
Who’ll care for our elderly?
Bridging the Gap 
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Reflections on Embryo Freezing
Iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament
Quddiesa għall-Għarajjes
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Dan kollu għalfejn?
Mons. Charles Vella
Biex Siġra titla’ Dritta
Mother & Baby Club Meetings
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
Love, sex and marriage in liberal societies
Good, healthy families
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Iż-Żwieġ u l-Familja
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Laqgħa Ġenerali Annwali 2018 

  • Għarfien dwar il-vjolenza domestika

  • Mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika

    X’inhi il-vjolenza domestika? Forsi meta nisimgħu l-kelma vjolenza malajr naħsbu fil-vjolenza fiżika, peress li din l-aktar li tissemma’ jew li tista’ tidher. Madankollu jeżistu diversi forom ta’ vjolenza domestika li ser jiġu spjegati hawn hekk. Bħala prevenzjoni huwa tajjeb li tkun taf dwarhom b’hekk tkun tista’ tagħraf is-sinjali tagħhom minn kmieni.

    Skont l-Att dwar il-Vjolenza Domestika (Kap 481), il-vjolenza domestika tfisser kull att ta’ vjolenza, anki jekk verbali biss, li jsir minn membru domestiku wieħed fuq membru domestiku ieħor u jinkludi kull nuqqas li jikkaġuna ħsara fiżika jew morali lil ħaddieħor.

    Bla dubju, l-prevenzjoni hija bżonjuża ħafna f’dawn il-każijiet. Għaldaqstant, kemm jekk tkun esperjenza personali kif ukoll jekk naraw li din qed tiġri lil pesuni ta’ madwarna, tajjeb li nagħrfu s-sinjali ta’ poter u kontroll, u nfittxu l-għajnuna malajr kemm jista’ jkun. Waħda mir-raġunijiet għaliex l-vjolenza domestika tkompli u anki tiżdied bejn l-individwi hi li l-persuni abbużivi spiss jużaw manipulazzjoni li mhux dejjem ikun faċli għall-vittmi biex jagħrfu li qiegħda ssir vjolenza u sfruttament fuqhom.  

    Qabel ngħaddu għall-forom differenti ta’ vjolenza domestika hu importanti li wieħed jirrealizza li dawn iseħħu mhux biss bejn koppji miżżewġa iżda wkoll bejn kull tip ta’ relazzjoni bejn persuni li jgħixu flimkien, fosthom aħwa jew bejn ġenituri u ulied adulti, kif ukoll waqt l-għerusija.

    Il-vjolenza domestika tista’ tkun: fiżika, psikoloġika, sesswali, ekonomika,  spiritwali, u anki fastidju (stalking):

    •    L-abbuż fiżiku hu dak li fiħ l-persuni abbużivi jużaw forza fiżika sabiex iweġġu’ fiżikament u jbeżżgħu lill-vittmi; dan l-abbuż jista’ jirriżulta minn ġrieħi sa mewt.

    •    L-abbuż psikoloġiku jinkludi intimidazzjoni, tgħajjir, umiljazzjoni, nuqqas ta’ fiduċja fil-persuna, l-ħtija mitfugħa fuq il-vittma intortament u anki tkun mġgħielha tinqata` mill-familja, mill-ħbieb u mis-soċjeta`.

    •    L-abbuż sesswali, anki bejn il-koppji, iseħħ meta persuna tiġi mġiegħlha sabiex tipparteċipa f’atti sesswali, kontra l-volonta` tagħha, theddid sesswali, prostituzzjoni involontarja, jew inkella tiġi mġiegħlha tara affarijiet pornografiċi, fost oħrajn.

    •    L-abbuż ekonomiku jinkludi sitwazzjonijiet fejn il-persuna abbużiva twaqqaf lill- vittma milli jkollha impjieg, jew mill-istudju, tillimita r-riżorsi anki dawk essenzjali bħall-ikel, u/jew jittieħdu l-flus jew riżorsi tal-vittma, fosthom anki il-paga.

    •    L-abbuż spiritwali jseħħ billi l-vittma ma’ titħallhiex tipprattika r-reliġjon li temmen fiha, tiġi redikolata ir-reliġjon tal-persuna kontinwament, kif ukoll nuqqas ta’ għażla fuq it-tagħlim reliġjuż tal-ulied.

    •    Fastidju (Stalking) isir meta persuna ssegwi lill-vittma, kontra l-volonta` tagħha kull fejn tmur, tibgħat messaġġi fuq it-telefon ċellulari jew siti elettroniċi kontinwament, u anki jsir theddid. Dan jiġri wkoll meta r-relazzjoni tkun intemmet.

    Il-persuni abbużivi li jużaw dawn it-tipi ta’ vjolenza msemmija jkunu qed iżommu poter u kontroll fuq il-ħajja tal-vittmi. Hu importanti li wieħed jirrealizza li kull forma ta’ abbuż msemmija f’dan l-artiklu mhiex aċċettabli għall-ebda raġuni. Ġeneralment il-vjolenza domestika ma tieqafx weħidha mingħajr għajnuna professjonali.

    Hemm għajnuna professjonali li tista’ tingħata f’każijiet ta’ vjolenza domestika.

    Għall-aktar informazzjoni u direzzjoni tista’ ċċempel fuq:

    Support Line: 179

    Victim Support Malta: 21228333

    Taqsima Ħidma Soċjali – Għawdex: 22156630

    Women’s Rights Foundation: 79708615

    SOAR support group (SJAF): 21808981








comments powered byDisqus