News

A message from the Archbishop to the married couples 2020

Fil-bidu ta’ kull sena il-Moviment ta’ Kana jorganizza quddiesa speċjali għal dawk il-koppji li jkunu iżżewwġu is-sena ta’ qabel. Din il-quddiesa tkun immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna. Wara l-quddiesa l-Arċisqof jiltaqa’ mal-koppji u jagħtihom tifkira żgħira tal-okkażjoni.

Sfortunatament, minħabba is-sitwazzjoni preżenti din il-quddiesa ma saritx imma minflok, l-Arċisqof, qed jagħtikom messaġġ apposta għalikom koppji miżżewwġin ġodda.


Żur il-link tal-messaġġ https://youtu.be/dYuQH_dkuXU biex tara il-messaġġ.

Nieħu din l-okkażjoni biex nawguralkom f’dan il-vjaġġ taż-żwieġ tagħkom. Nagħtikom parir: dan il-vjaġġ tagħmluhx waħedkom imma MIEGĦU.
Nitlob lil Madonna ta’ Kana, Sultana tal-familja biex tbierek lilkom u ‘l familji tagħkom.

Celebration of Life Day 2021

L-Isqof Awżiljarju f’Jum il-Ħajja: Imħabba, kompassjoni, għożża

Quddiesa f’Jum il-Ħajja 2021

Żur il-link tal-messaġġ https://knisja.mt/jumilhajja2021/ biex tara il-messagg tal-Omelija ta’ l-Isqof Galea Curmi. 

Agħfas hawn biex tara id-diskors ta’ Bernice Scicluna f’isem Malta Unborn Child Platform. 

New president for Cana Movement

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dr Joe Cassar bħala l‑President tal‑Moviment ta’ Kana. Huwa ħa post Dr Arthur Galea Salomone li kien ilu tmien snin fil‑kariga.

Il‑Moviment ta’ Kana huwa għaqda mhux governattiva tal‑Knisja f’Malta li ilu jaħdem mal‑familji għal dawn l‑aħħar 68 sena. Fost is‑servizzi li joffri hemm il‑korsijiet ta’ tħejjija għaż‑żwieġ, il‑formazzjoni lill‑koppji u lill‑familji, counselling għall‑persuni kollha li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet personali u familjari, kif ukoll ħidma mill‑qrib mal‑parroċċi.

Dr Joe Cassar huwa konsulent psikjatra li ggradwa bħala tabib mill‑Università ta’ Malta u kompla l‑istudji tiegħu fil‑psikjatrija fl‑Università ta’ Yale fl‑Istati Uniti. Huwa wkoll senior lecturer fl‑Università ta’ Malta u jmexxi s‑servizz ta’ emergency psychiatry fl‑Isptar Mater Dei.

Huwa jaħdem fil‑qasam tas‑saħħa mentali tat‑tfal u ż‑żgħażagħ kif ukoll ma’ familji f’diffikultà. Dr Joe Cassar huwa wkoll membru tal‑Moviment tal‑Fokolarini. Huwa miżżewweġ lil Anna Maria u għandhom żewġt itfal, Fabrizia u Rebecca.